Politika
Il-Prim Ministru jirribatti għall-protest tal-familja Caruana Galizia

Il-Prim Ministru Joseph Muscat f’kontro protest fil-Qorti sejjaħ lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia biex tieqaf tagħmel allegazzjonijiet u insinwazzonijiet u pretenzjonijiet fil-konfront tiegħu.

Fi tweġiba għall-ittra ġudizzjarja tal-familja Caruana Galizia li fih talbuh biex jieqaf milli jkollu sehem fl-investigazzjoni u fil-proċeduri kriminali, u fil-proċess biex jinġabru l-provi fl-inkjesta pubblika, il-Prim Ministru iddikjara li bl-ebda mod ma ndaħal jew beħsiebu jindaħal fl-investigazzjonijiet.

Dr Muscat wera l-iskantament tiegħu kif wara li intlaħaq ftehim mal-familja Caruana Galizia dwar il-bord tal-inkjesta, din fost oħrajn issa qed tagħmel insinwazzjonijiet anke dwar dal-proċess ta’ smigħ tal-provi mill-bord maqbul.

Fil-kontro protest, il-Prim Ministru qal li huwa ma jistax jirrisspondi dwar l-arresti li setgħu saru fl-investigazzjoni tal-Pulizija u r-riżultati tagħhom. Sostna iżda li l-arresti li saru huma konferma tal-indipendenza tal-investigazzjonijiet waqt li rrimarka li l-familja Caruana Galizia mhix tallega li l-arresti kienu finta, iżda qed tmur fl-estrem l-ieħor u tinsinwa li kull min ġie interrogat huwa ħati.

F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru irribatta bil-qawwa li qiegħed b’xi mod inawwar id-dritt għal kontinwazzjoni tal-investigazzjonijiet. Żied jgħid li bħala Prim Ministru huwa qatt ma ppretenda li huwa ‘l fuq mil-liġi, u stqarr li jinsab taħt skrutinju ta’ inkjesta maġisterjali, li l-iskop tagħha huwa l-investigazzjoni ta’ kull aġir jew evidenza relevanti u l-reservazzjoni tal-provi.

Ara wkoll:

Il-familja Caruana Galizia bi protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar