Unjoni Ewropea
Il-Prim Ministru jżur għall-ewwel darba l-Qorti Ewropea tal-Awdituri

B’ 900 impjegat u kulleġġ ta’ 28 awditur, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tħares il-finanzi tal-Unjoni Ewropea. Il-ħidma ta’ din l-istituzzjoni Ewropea ġiet spjegata lill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara li għamel fil-kwartieri tagħha, waqt l-aħħar jum taż-żjara tiegħu fil-Lussemburgu.

Iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Lussemburgu l-Ġimgħa ħaditu għall-ewwel darba fil-kwartieri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fejn il-kulleġġ tal-awdituri – rappreżentant minn kull pajjiż membru jiflu l-finanzi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti Ewropea tal-awdituri twaqqfet hawnhekk fil-Lussemburgu fl-1977. L-irwol tagħha huwa li tħares u tizgura li l-fondi li joħorġu mill-blokk Ewropew jintefqu għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej. Tagħmel ukoll awditjar f’kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, fosthom anke f’Malta għamlet għaxart ijiem ta’ awditjar. Malta kienet it-tieni lanqas pajjiż bi ġranet ta’ awditjar. Bl-iktar pajjiż li fih sar awditjar is-sena l-oħra kienet l-Italja bi 355 jum ta’ awditjar.

Ir-rappreżentant Malti fil-Qorti tal-awdituri, Leo Brincat, qal li hemm relazzjoni tajba ħafna mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea, biex bħala gwardjani tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea, l-awdituri Ewropej jaraw li l-flus qed jintefqu sew, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa ċ-ċittadin Ewropew li jħallas it-taxxi ta’ kuljum biex jiffinanzja l-budget tal-Unjoni Ewropea.

“Aħna nagħmluha ċara ma’ kulħadd anke mall-commission li meta nagħmlu audit aħna mhux qegħdin hemmhekk biex nagħmlu kruċjata kontra tagħhom, imma aħna qegħdin hemmhekk biex fir-rakkomandazjonijiet u fil-konklużjonijiet tagħna noħorġu bi prattiċi tajba li jistgħu jkunu ta’ għodda għalihom biex huma stess itejbu l-performance tagħhom fl-aħjar interess tagħhom.

Is-Sur Brincat huwa responsabbli minn rapport speċjalizzat dwar il-migrazzjoni, li l-konklużjonijiet tiegħu se joħorġu fil-bidu ta’ Diċembru. “Dan ir-rapport se jqanqal ħafna interess, mhux biss fil-pajjiżi li żorna, imma anke fost il-pajjiżi kollha u lesti jiltaqgħu mal-istakeholders kollha, li jistgħu jkunu interessati mhux biss fil-qasam Parlamentari u Ewropew, imma anke jekk hemm bżonn NGOs, azjendi li jaħdmu fil-migrazzjoni.”

Intant, il-Prim Ministru Muscat temm iż-żjara tiegħu fil-Lussemburgu f’taħditiet li d-delegazzjoni Maltija kellha mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jean Asselborn, u iktar tard mal-Ispeaker Fernand Etgen.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar