Unjoni Ewropea
Il-Prim Ministru kien viċin li jsir President tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien viċin ħafna li jsir President tal-Kunsill Ewropew hekk kif wara jumejn fejn ma kienx hemm qbil dwar min se jieħu t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, kien hemm żewġ ftehimiet li ġew ippreżentati għall-għażla.

Joseph Muscat kien qed jissemma bħala wieħed minn grupp fejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea seta’ kien Michel Barnier mill-Popolari, il-President tal-Kunsill Ewropew Joseph Muscat mis-Soċjalisti, Margaret Vestagher bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin mil-Liberali u Manfred Weber bħala President tal-Parlament Ewropew. Dan l-ewwel pakkett kien imbuttat l-aktar minn Franza.

It-tieni pakkett ta’ ismijiet kien tal-Popolari Ġermaniża Ursula Van der Leyen, il-President tal-Kunsill Ewropew il-Liberali Belġjan Charles Michel, Rappreżentant Għoli is-Soċjalista Spanjol Josep Borrell u bħala President tal-Parlament Ewropew il-Bulgaru Sergei Stanishev u Manfred Weber b’ sentejn u nofs kull wieħed. Dan it-tieni pakkett kien imbuttat aktar mill-Ġermanja.

Wara sigħat ta’ negozjati, ġie maqbul li l-Ġermaniża Ursula Van der Leyen – magħrufa li hija qrib sew tal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel – u l-pakkett ta’ ismijiet marbut magħha, inkluż Charles Michel bħala President tal-Kunsill Ewropew imexxu dawn l-ogħla żewġ karigi tal-Unjoni Ewropea.

Din kienet meqjusa bħala għażla li hija iktar rappreżentattiva ġeografikament, inkluż persuna mil-Lvant. Madankollu, għal darb’oħra b’din l-għażla s-Soċjalisti se jkunu ħadu biss ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-President tal-Parlament Ewropew.

Barra minn hekk, il-fatt li l-Prim Ministri Popolari kienu irribellaw kontra ftehim li permezz tiegħu Angela Merkel qablet li Frans Timmermans isir President tal-Kummissjoni Ewropea. Wara li marru kontriha fuq dan il-ftehim, kien ikun diffiċli li l-Partit Popolari jerġa’ jgħid le lil Merkel.

Li kieku ntgħażel il-Prim Ministru Joseph Muscat bħala President tal-Kunsill Ewropew, kien ikollu jirreżenja minn Prim Ministru sall-31 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Prim Ministru issa ma huwa marbut mal-ebda data u jista’ jibqa’ fil-kariga sal-elezzjoni li ġejja.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Lorita Pace ta’ 35 sena mill-Belt, ġiet ikkundannata għal 3 snin u nofs ħabs wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-probation. F’Marzu tal-2017, Pace kellha sentenza ta’ sentejn u tmien xhur ħabs…

Lokali

Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed tagħmel stedina lill-poplu biex fi tmiem din il-ġimgħa joħloq tbissima fuq fomm nies fi tliet pajjiżi fejn għandha missjonijiet: il-Perù, il-Pakistan u l-Filippini. Dan…

Turiżmu

Minn Ottubru li ġej, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jibda joffri kors f’livell ta’ Masters b’kollaborazzjoni mal-Emirates Academy of Hospitality Management. Dan l-iżvilupp ġie deskritt mill-Ministru Konrad Mizzi bħala pass li…

Saħħa

Fit-tnedija tal-Premju Anzjanità Attiva, il-Professur Carm Borg li jmexxi l-bord tal-għażla tal-premju, identifika tliet sfidi li qal ixekklu s-soċjetà milli tapprezza l-anzjanità attiva. L-ewwel sfida, qal il-Professur Borg, hi li…

Aktar