Politika
Il-Prim Ministru ma jeskludix li jkun hemm tibdil fil-kariga tal-Avukat Ġenerali

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż. Dwar ir-rapport tal-Awditur Generali fuq l-kuntratt tal-VGH għat-tmexxija tal-isptarijiet, Dr Abela qal li mhuwiex sodisfat b’dak li sab l-awditur u stqarr u dan il-Gvern se jkun qed jitgħallem mill-iżbalji.

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li mhuwiex sodisfatt b’dak li sab l-Awditur Ġenerali fir-rapport dwar il-kuntratt Mal-Vitals Global Healthcare, iżda stqarr li r-rapport jikkonferma li l-istutizzjonijiet qed jaħdmu. “Fejn sar ħażin se nibqgħu konsistenti u mhux se naħarbu dan. Jiena bħala Prim Ministru minix sodisfat bil-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali kieku jiena kont Prim Ministru kont nimxi b’mod differenti. Dan huwa gvern li se jitgħallem mill-iżbalji u mhux se jerġa jirrepeti l-istess żbalji għaliex inkella ma jistax ikun meqjus bħala Gvern kreddibli.”

Dwar dokument li qed jingħad li ma ngħatax lil Awditur Ġenerali, Dr Abela qal li se jara li dan id-dokument jingħatalu.

Mistoqsi minn Television Malta għall-aġġornament tal-ħidma tal-kumitat li ħatar fi Frar biex jindaga fuq il-kuntratt tat-tliet sptarijiet u d-diversi sejħiet li saru mill-Oppożizzjoni u mis-soċjetà ċivili biex il-gvern iwaqqaf il-ftehim, Dr Abela qal li trid issir distinzjoni bejn Vitals u Steward HealthCare għaliex ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fl-ebda mod ma ndaga fuq Steward Healthcare li ħadet il-kontroll tal-isptarijiet mingħand Vitals. “Il-kumitat għamel l-iskrutinju tiegħu ħadna stock taking, tal-fatti li kienu disponibbli bħalissa huwa fatt magħruf li għadejjin it-taħdidiet ma’ steward healthcare, sabiex wieħed jara x’se tkun it-triq il-quddiem, m’aħna neskludu xejn l-ebda forma ta ftehim l-għazliet huma tlieta, li wieħed iħassar dak li hemm u wieħed immur għall-arranġament li huwa differenti.”

Dwar l-involviment tal-eks Ministru Mizzi fil-ftehim, il-Prim Ministru qal li dan m’għadux jagħmel parti mill-grupp Parlamentari Laburista. Dwar is-Segertarju Permanenti tal-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien li kien involut fil-ftehim, il-Prim Ministru qal li għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet interni.

Mistoqsi dwar il-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali, Dr Abela m’eskludix li fil-futur isir reviżjoni fil-kariga tal-avukat ġenerali. Madanakollu qal li dan mhux minħabba dak intqal fil-Qorti li allegat li l-avukat ġenerali ta parir lil Pulizija biex timxi bil-mod fuq l-investigazzjonijiet tal-panama papers. Il-Prim Ministru qal li mhuwiex ġust li l-parir tal-Avukat Ġenerali jittieħed barra mill-kuntest oriġinali. Qal li dan il-parir ingħata lil Pulizija fid-dawl ta’ elavar ta’ dejta li kienu se jagħmlu minn servers privati fejn il-proċeduri huma sensittivi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Missier ta’ madwar 68 sena minn Ħal Għaxaq, Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li għal ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu allegatament qatel lil ibnu ta’…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 49 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u fiequ 5 persuni. B’din iż-żieda issa l-każijiet attivi jitilgħu għal 311 bin-numru total ta’ swab tests…

Kronaka

Argument bejn missier u iben spiċċa fi traġedja kekk kif il-missier qatel lil ibnu fi sparatura f’Ħal Għaxaq. TVM jinsab infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq il-Gudja,…

Aktar