Qasam soċjali
Il-Prim Ministru ‘medjatur’ għall-familji li waqgħatilhom darhom

Fuq Facebook, Janet Walker, mara li flimkien ma’ 5 familji oħra twaqqatilha d-dar tagħha f’inċident tal-kostruzzjoni fil-Pietà, irringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela talli fi kliemha, dan apparti li sema’ l-karba tagħha u tal-familji l-oħrajn, daħal medjatur għalihom.

Żvelat kif il-familji ġew offruti b’żewġ proposti ta’ x’se tkun it-triq ‘l quddiem, u waqt li qalet li tippreferi proposta minn oħra, xorta waħda ddeskriviet iż-żewġ proposti bħala validi u tajbin.

Qalet li issa jmiss li s-sitt familji affettwati minn dan l-inċidenti jiltaqgħu, jiddiskutu, u flimkien jagħżlu kif se jkunu qed jimxu ‘l quddiem. Is-Sinjura Walker spjegat li l-familji dejjem kienu magħqudin, b’issa iktar minn qabel.

Fl-aħħar nett irringrazzjat lil dawk kollha li fl-aħħar xhur b’xi mod kienu ta’ għajnuna u sostenn għaliha u għall-familja tagħha.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll…

Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

Aktar