Lokali
Il-Prim Ministru qal li d-dokument dwar il-konċessjoni tat-3 sptarijiet ma nstabx

F’kummenti ma’ Television Malta, il-Prim Ministru Robert Abela qal li d-dokument nieqes li indika dwaru l-Awditur Ġenerali Charles Deguara fir-rapport dwar  il-kuntratt tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare ma nstabx.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Dr Abela waqt li stqarr li mhux sodisfatt b’dak li sab l-Awditur Ġenerali saħaq li jekk jeżisti se jara li dan id-dokument jingħatalu. Il-Prim Ministru qal li trid issir distinzjoni bejn Vitals Global Healthcare u Steward li ħadu t-tmexxija tat-tliet sptarijiet minn għand VGH. Qal li d-diskussjonijiet kummerċjali ma’ Steward Healthcare għadhom għadejjin.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar