COVID-19
Il-Prim Ministru se jċedi xahar paga minn tiegħu

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun qed iċedi l-paga tiegħu għal dan ix-xahar, bil-flus se jmorru biex jiġi ffinanzjat il-pakkett ta’ miżuri li ġie imħabbar.

Qal li din hija inċentiva żejda, li jekk jieħdu dan l-eżempju numru ta’ nies, tagħmel differenza.

Hu stieden ħaddiema oħra taċ-ċivil li forsi jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja komda, biex jagħmlu bħalu, biex dawn il-flus ikunu jistgħu imorru f’dik li sejħilha ‘war chest’, biex ikun hemm minfejn jibqgħu jitħallsu persuni oħra li l-impjieg, jew il-paga tagħhom, huma imdendla.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Kronaka

Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġie milqut minn vettura lbieraħ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post…

Aktar