Politika
Il-Prim Ministru talab li tinħoloq strateġija għal Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li talab lill-aġenziji kollha, inkluż lill-Malta Enterprise, lill-Awtorità tat-Turiżmu u lill-Bank Malti għall-Iżvilupp biex joħolqu strateġija għal Għawdex.

F’diskors fil-ftuħ tal-laqgħa tal-kabinett f’Għawdex li qed titlaqqa’ fiċ-ċentru tal-innovazzjoni tax-Xewkija, il-Prim Ministru tkellem dwar l-ambizzjoni tiegħu għal Għawdex. Qal li il-prijorità tal-Gvern hi li l-ekonomija Għawdxija tkompli tiddiversifika u mhux tiddependi fuq is-settur pubbliku, kif kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Dr Abela qal li l-viżjoni tal-Gvern hu li Għawdex ikun mutur ekonomiku ewlieni tal-pajjiż, waqt li ma jitlifx il-karatteristiċi uniċi tiegħu. Semma kif l-ekonomija għandha tkun ibbażata fuq aspetti diġitali u u ambjentalment sostenibbli. Qal li dan għandu jsir b’investiment fl-infrastuttura, fosthom bi proġetti bħat-tieni fibre optic cable li qal hu kruċjali biex Għawdex isir ċentru diġitali.

Dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, qal li jara quddiemu eluf ta’ ġenituri Għawdxin li jridu li uliedhom ikollhom futur aħjar minn tagħhom. Kompla li Għawdex jagħti opportunità kif l-ekonomija u l-ambjent jikkumplimentaw lil xulxin, fosthom billi tkun fuq ta’ quddiem fejn tidħol enerġija rinovabbli.

Dwar it-turiżmu, il-Prim Ministru tkellem dwar kif jeħtieġ dan jinbidel biex ikun wieħed ta’ kwalità u mhux jibqa’ ffukat fuq turisti li jqattgħu ġurnata f’Għawdex. Qal li l-oqsma tradizzjonali jridu jitħalltu ma’ opportunitajiet fit-turiżmu biex it-turist igawdi esperjenza ġenwina tal-karatteristiċi ta’ pajjiżna.

Dr Abela qal li l-ambizzjoni tal-Gvern hi li tkun ‘showcase’ tal-mudell ekonomiku ġdid ta’ pajjiżna.

Huwa ta rendikont ta’ kisbiet ekonomiċi f’Għawdex mill-2013 ‘il quddiem, fosthom li t-tkabbir ekonomiku li kiber bi 12% waqt li l-ġid ta’ Għawdex kiber minn 12 għal 17-il miljun ewro. Qal li fl-aħħar sitt snin kien hemm żieda ta’ 13-il persuna fil-ġimgħa li sabu xogħol, il-maġġor parti tagħhom; 61%, fil-privat.

Ara wkoll:

It-tender tal-ferry bejn Malta u Għawdex għadu jiġi evalwat minħabba l-oġġezzjonijiet

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar