Lokali
Il-Gvern għadu qed jipproteġi saħħet in-nies, ebda kompromess bejn l-ekonomija u s-saħħa

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne indirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa mal-MCESD fejn qalu li kienet waħda pożittiva bi bżonn għal aktar diskussjoni biex jintlaħaq ftehim .

Fl-aġġornament, il-Prim Ministru qal li huwa fatt li żdiedu l-każijiet iżda żdiedu wkoll in-numru ta’ testijiet li qed isiru filwaqt li enfasizza li ma żdiedux il-każijiet serji hekk kif ir-rata ta’ dawn baqgħet statistikament baxxa.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-ħtieġa li tinżamm ir-rata ta’ infezzjonijiet stabbli biex il-frontliners ilaħħqu b’xogħolhom filwaqt li t-testing se jibqa’ jsir, b’żieda ta’ żewġ testing hubs oħra. Qal li dan kollu se jibqa’ jsir  biex jibqa’ jkollna stampa ċara ta’ x’inhu jiġri u nibqgħu nipproteġu s-saħħa tal-pubbliku.

Dr Abela qal li ma nistgħux nibqgħu pajjiż maqtugħ mid-dinja u li l-pandemija mhix sitwazzjoni li se titlaq malajr għalhekk irridu nitgħallmu ngħixu bil-virus magħna filwaqt li l-gvern jieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi protetta s-saħħa tal-pubbliku u l-ekonomija tal-pajjiż. Il-ħajja għandha tkompli billi ngħixu bil-prekawzjonijiet ta’ distanza soċjali, ilbies ta’ maskri mandatorju f’ċertu postijiet u iġenje.

Il-Prim Ministru reġa’ fakkar li l-akbar pakkett ta’ budget li qatt ġie nnegozjat ftit tal-ġimgħat ilu sar biex tissaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż fosthom il-qasam mediku.

Dwar ir-riżerva li kellha l-assoċjazzjjoni medika dwar 4 avvenimenti tal-massa, il-Prim Minsitru qal li dawn kellhom iħallu €25miljun fil-pajjiż li kienu se jintużaw għall-qasam tas-saħħa iżda s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku ġew qabel f’dan il-każ.

Qal li l-messaġġ jibqa’ wieħed ta’ kuraġġ u tama u mhemmx lok ta’ allarm hekk kif kellna diġà esperjenza ta’ numru ta’ xhur ta’ kif wieħed jilqa’ għal din is-sitwazzjoni.

Il-Prim Ministru temm jgħid li r-realtà u fattwalità tal-mument hija li r-rata ta’ infezzjoni b’sintomi li mhumiex gravi hija baxxa u li x-xogħol, it-turiżmu u l-investiment irid jibqa’ għaddej filwaqt li jinżamm il-bilanċ għall-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Id-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne qal li waqt li żammew il-massimu ta’ nies wieħed f’kull 4 metri kwadri, se jsir capping ta’ nies massimu f’postijiet kbar. Qal li ma jistgħux isiru avvenimenti li jkun fihom aktar minn 100 persuna ġewwa jew 300 persuna barra.

Kull post, qal Dr Fearne, irid juri b’mod ċar ta’ kemm jista’ jkun hemm persuni f’ħin wieħed. Dance floors se jingħalqu filwaqt li mill-ġimgħa li ġejja se jiżdiedu 2 testing hubs oħra.

Semma’ wkoll li nies vulnerabbli jridu jibqgħu jiġu protetti filwaqt li carers f’dar tal-anzjani jridu jagħmlu test b’mod regolari bil-viżitaturi se jkunu wara l-perspex.

Dr Fearne kompla jisħaq ukoll fuq l-importanza tad-distanza soċjali u iżolament ta’ persuni infettati aktar u aktar wara dak li ġara f’Lulju fejn kellna sitwazzjonijiet b’dawn il-binarji spiċċaw mittiefsa billi ma nżammitx id-distanza soċjali.

Il-Partit Nazzjonalista jirreaġixxi

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-messaġġi kontrastanti maħruġa mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż ma jistgħux jispiraw fiduċja fit-tmexxija tal-pajjiż. B’reazzjoni għas-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, fi stqarrija ntqal li wara s-sagrifiċċji kollha li saru l-gvern xorta poġġa l-ekonomija qabel il-ħarsien tas-saħħa tal-poplu. Il-kelliema tal-Oppożizzjoni, it-tobba Stephen Spiteri u Maria Deguara qalu li r-rilaxxar ħesrem u kontra kull parir mediku tal-miżuri huwa insult lill-poplu u juri nuqqas serju ta’ apprezzament lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

Segwi l-konferenza stampa hawn:

Aġġornament dwar il-laqgħa mal-imsieħba soċjali

Aġġornament mill-PM Robert Abela u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq l-aħħar żviluppi wara l-laqgħa mal-imsieħba soċjali

Gepostet von Television Malta am Freitag, 7. August 2020

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar