Barranin
Il-Prinċep Andrew jiċħad li kellu x’jaqsam ma’ tfajla ta’ 17-il sena

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001.

L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet miegħu, u li kien ħadha ġo dar f’Londra, fejn kellu x’jaqsam magħha tliet darbiet.

Ritratt li ġie ċċirkolat juri lill-Pirnċep Andrew jżomm lil Virginia minn qaddha fiż-żmien li kien allegat li seħħ il-każ.

F’intervista mal-BBC, il-Prinċep sostna li lanqas biss qatt ra lil din it-tfajla. Huwa qed jgħid li ma jilbisx il-ħwejjeġ li deher bihom fir-ritratt, u li qatt ma tela’ fis-sular ta’ fuq ta’ din id-dar.

Il-kwistjoni għal Buckingham Palace kompliet tiggrava minħabba r-rabtiet mill-qrib tal-Prinċep Andrew ma’ Jeffrey Epstein, li nstab ħati għal abbuż sesswali ta’ tfal.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifla ta’ 11-il sena li tbati bl-awtiżmu għaddiet minn xi jiem iebsin wara li serqulha l-kelb. Lottie, kelba tar-razza Dalmatian nsterqet mid-dar tagħha fl-Ingilterra fil-bidu tax-xahar.  Il-kelba ta’ tliet snin hija…

Barranin

Ir-residenti tal-Aquila mill-ġdid għexu l-biża’ li ġabet magħha t-traġedja ta’ 10 snin ilu meta l-belt intlaqtet minn terremot qawwi li ħalla mijiet mejta u ħafna oħrajn mingħajr saqaf fuq rashom….

Barranin

Aktar minn 40 persuna mietu wara li tħeġġeġ nar qawwi f’fabbrika fil-kapitali Indjana, Delhi. In-nar feġġ f’binja ta’ 60 sular fejn għadd ta’ ħaddiema kienu rieqdin fil-fabbrika li kienet tipproduċi…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan,…

Aktar