Barranin
Il-Prinċep Andrew mitlub jixhed fil-Qorti

Ħames nisa li akkużaw lil Jeffrey Epstein li abbużahom, qalu li l-Prinċep Andrew kien preżenti meta huma kienu jingħataw massaġġi fid-dar ta’ Epstein, li jingħad li abbużahhom sesswalment.

L-avukat tal-ħames nisa qal li se jkun qed itella’ lid-Duka ta’ York biex jixhed fil-ħames każijiet. Fil-fatt qal li d-Duka jista’ jkun għandu informazzjoni importanti anke dwar każijiet ta’ traffikar sesswali.

Intant il-Prinċep Andrew dejjem sostna li qatt ma nnota xejn suspettuż meta kien imur fid-dar ta’ Epstein. Dan tal-aħħar ħa ħajtu b’idejh f’Awwissu li għadda, wara li kien il-ħabs jistenna’ li jgħaddi ġuri dwar l-akkużi ta’ traffikar sesswali.

Sadanittant il-Prinċep ukoll jinsab għaddej minn skandlu personali, hekk kif Virginia Giuffre, qed takkużah li kellu relazzjoni sesswali magħha meta hi kellha 17-il sena. Din tirrakkonta kif Epstein u t-tfajla tiegħu, meta kienu flimkien l-erba’ li huma, qalulha li għandha tara kif tagħmel u ż-żomm kumpanija xierqa lill-prinċep. Dakinhar stess huma ħadu ritratt flimkien.

Minkejja r-ritratt, il-Prinċep dejjem ċaħad dawn l-akkużi, tant li qal li ma jiftakarx li qatt iltaqa’ ma’ Virginia.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-futur politiku ta’ Matteo Salvini xejn mhu jidher sabiħ hekk kif qed iħabbat wiċċu ma’ disfatta wara li l-partit tiegħu tal-Lega ma tantx kiseb voti fl-elezzjonijiet reġjonali partikolarment fir-Reġjun li…

Barranin

Billie Eilish, kantanta ta’ 18-il sena li għandha vuċi u stil uniku kaxkret 5 Grammy Awards u hija l-ewwel mara u t-tieni persuna li qatt rebħet dawn it-titli kollha fl-istess…

Barranin

Telgħu għal 80 il-mejta filwaqt li hemm aktar minn 2,700 persuna maħkuma mill-coronavirus li feġġ fiċ-Ċina, bil-biżgħat ikomplu jikbru li l-mikrobu jkompli jinxtered b’rata mgħaġġla. Iċ-Ċina tinsab fi stat ta’…

Barranin

Road blocks u bliet vojta mistħajla tal-iħirsa. Hekk hi s-sitwazzjoni fi bliet fiċ-Ċina fejn l-imxija tan-Novel Coronavirus qed tibqa’ tisfida lix-xjentisti li għalkemm qed iżommu f’iżolament lil pazjenti milquta, xorta…

Aktar