Familja Rjali
Il-Prinċep Charles jgħid li jekk isir Re mhux se jibqa’ jitkellem dwar ċertu suġġetti

Il-Prinċep ta’ Wales qal li meta jsir Re se jieqaf jitkellem dwar dawk is-suġġetti li jemmen ħafna fihom għax fi kliemu mhux stupidu.

Għal diversi snin huwa ilu jikkampanja dwar aspetti ambjentali. Iżda jekk isir Re mhux se jibqa’ jagħmel dan.

Waqt li kien qed jitkellem mal-BBC, il-Prinċep Charles qal li meta jkun Re se jimxi mal-parametri kostituzzjonali.

Matul l-intervista huwa saħaq li hemm differenza bejn tkun Prinċep ta’ Wales u Re u għalhekk kompla jgħid li ma jagħmilx sens li meta jkun Re jibqa’ jaġixxi bl-istess mod t’issa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Sri Lanka mill-inqas mitt ruħ inqatlu u mijiet oħra ndarbu kawża ta’ splużjonijiet f’għadd ta’ knejjes u lukandi. B’kollox mill-inqas jidher li seħħew sitt splużjonijiet, bi tlieta minnhom fi…

Barranin

Illum fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali fejn il-votanti għandhom għażla li jew itellgħu lill-kummidjant televiżiv Volodymyr Zelensky, jew lin-negozjant biljunarju u l-President preżenti Petro Poroshenko. L-iktar wieħed favorit mit-tnejn li…

Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Aktar