Kurżitajiet
Il-Prinċep George se jidher mal-idolu tiegħu fil-cartoons

Il-Prinċep George huwa ammiratur kbir ta’ Fireman Sam.  Dan il-karattru huwa l-protagonist ta’ cartoon popolari ħafna mat-tfal żgħar li jixxandar b’36 lingwa f’155 pajjiż.  S’issa nħadmu iktar minn 160 episodju ta’ Fireman Sam, tant li maż-żmien il-cartoon kompla jevolva u saħansitra beda jinħadem b’format 3D biex jappella iktar għat-tfal.

Fireman Sam huwa l-karattru preferut ta’ George, iben il-Prinċep William u Kate, tant li malli saru jafu kemm iħobb dan il-cartoons, l-awturi ħasbu biex jinkludu l-karattru tal-Prinċep Ingliż f’wieħed mill-episodji.  L-ewwel wild tal-eredi tat-tron se jkun qed jidher fl-episodju li jġib l-isem ta’ ‘Il-Prinċep ta’ Pontypandy’.  Fireman Sam twieled f’Wales fl-1987 u jitratta l-avventuri ta’ Sam u l-iskwadra ta’ pumpiera li jgħixu f’Pontypandy.

Sam huwa l-eroj tal-komunità u dejjem huwa dispost biex jgħin lir-residenti.  Xi ftit taż-żmien ilu, f’intervista fuq Radio One tal-BBC, membri tal-familja rjali Ingliża rrakkuntaw kif iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, filwaqt li żvelaw li ċ-ċkejken George għandu passjoni impressjonanti għal Fireman Sam.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Indoneżjana li tilfet lill-għarus tagħha fl-inċident tal-ajruplan tal-Lion Air ki kkraxxja fil-baħar ħadet ir-ritratti tat-tieġ waħidha. Intan Sayari u Rio Nanda Pratama kellhom jiżżewġu fil-11ta’ Novembru, iżda l-ħolma tagħhom sfumat…

Barranin

Fir-Renju Unit il-grupp Action on Sugar għaddej b’kampanja biex jiġu pprojbiti l-milkshakes kbar li għandhom aktar minn 300 kalorija. Huwa qed jirreferi għalihom bħala freak shakes. Il-grupp stħarreġ dawn il-milkshakes…

Barranin

Il-gvern Taljan qed jisfida lill-Kummissjoni Ewropea u qal li se jżomm il-pjan li fassal għall-budget. Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini qal li l-miri dwar id-defiċit għal 2.4% tal-prodott gross domestiku;…

Barranin

Fil-ġurnata li l-Italja hi mitluba tibgħat budget ġdid lill-Kummissjoni Ewropea, wara li dak oriġinali ma ġiex aċċettat, jidher li l-effett fuq il-bwiet tan-nies qed jinħass. Ħwienet tal-kafè f’Ruma qed jgħidu…

Aktar