Barranin
Il-Prinċep Harry jispjega għala ħalla l-familja rjali

Il-Prinċep Harry qal li s-sena l-oħra ħalla l-familja rjali minħabba li l-midja Ingliża kienet qed taffettwalu s-saħħa mentali tiegħu.

F’intervista rari li ta waqt The Late Late Show qal li l-midja Ingliża kienet qed tkun tossika u għalhekk għamel dak li kull missier u raġel tal-familja jagħmel.

F’Jannar tal-2020, il-Prinċep Harry u martu Meghan ħassdu lil kulħadd, inkluż lill-familja rjali, meta fuq il-midja soċjali ħabbru li se jagħmlu pass lura mill-funzjonijiet tagħhom bħala membri tal-familja rjali Ingliża. Deċiżjoni li ma niżletx tajjeb mal-familja rjali speċjalment għax ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni u membri oħra tal-familja saru jafu mill-midja bl-intenzjonijiet tal-koppja. Huma qed jgħixu f’Los Angeles.

Harry qal li huwa aktar komdu bis-serje The Crown milli bl-istejjer miktuba fuq il-familja rjali, dwaru u dwar martu.