Kurżitajiet
AĠĠORNAT: Il-Prinċep Harry se jiżżewweġ lil Meghan Markle li għandha qraba ta’ dixxendenza Maltija

Il-Prinċep Harry se jiżżewweġ lill-għarusa tiegħu l-attriċi Meghan Markle fir-rebbiegħa li ġejja.  Dan tħabbar minn missieru, il-Prinċep Charles fi stqarrija.  Id-data tat-tieġ ta’ Harry ta’ 32 sena u Meghan ta’ 35 sena mistennija titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-koppja għandha diversi affarijiet u gosti komuni. Bħal Harry, Meghan għandha rabtiet ma’ Malta.  Il-buż buż nanna tagħha Mary twieldet f’Malta fl-1862, filwaqt li n-nanna ta’ Harry, ir-Reġina Eliżabetta II, għexet għal xi żmien f’Malta.

Meghan ġiet Malta xi sentejn ilu biex timmudella għar-rivista Elle.  F’intervista li kellha ma’ rivista oħra Little Rock l-attriċi kienet qalet li ħadet grazzja mal-gżejjer Maltin, bin-nies jagħtuha meħba kull fejn tmur, u kienu għoġbuha kemm l-ikel kif ukoll il-kultura Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dilettanti tal-festa ta’ Santa Marija f’Fontanarosa, fl-Italja, spiċċaw bid-dmugħ f’għajnejhom wara li waqa’ u nqasam it-torri tradizzjonali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Fil-filmat jidhru d-dilettanti tal-festa lejliet Santa Marija, qed jiġbdu t-torri…

Kurżitajiet

F’Madagaskar, il-vanilla saret tiswa aktar mid-deheb. Il-bdiewa li jkabbruha f’Madagaskar, spiċċaw jarmaw ruħhom sa snienhom biex jgħassu l-fulu tant prezzjuż tal-vanilla. Kilo vanilla jiswa bejn il-$400-$500 – somma kbira għal…

Kurżitajiet

Tifla ta’ 3 snin fir-Renju Unit qed tkun meqjusa intelliġenti iktar minn Einstein, hekk kif għandha IQ ta’ 171. Ix-xjentist Albert Einstein kellu IQ ta’ 160, filwaqt li l-IQ medju tan-nies…

Stejjer Umani

Jekk fis-soċjetà Maltija l-isem ta’ Dun Victor Grech jibqa’ jissemma għal ġid kbir li wettaq, żgur li għall-familja Grech iċ-ċajta ta’ bejniethom hija l-akbar bawxata li għamel Victor meta kien…

Aktar