Barranin
Il-Prinċep Harry u Meghan isiru ġenituri għat-tieni darba

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex, il-Prinċep Harry u Meghan Markle għad kif kellhom tarbija għat-tieni darba.

Wara Archie Harrison Mountbatten-Windson, il-koppja kompliet tkattar il-familja b’Lilibet Lili Diana Mountbatten-Windsor. Hija twieldet nhar il-Ġimgħa f’nofsinhar neqsin għoxrin fl-isptar f’Santa Barbara f’California.

Il-kopja fi stqarrija qalet li kemm l-omm u t-tarbija jinsabu tajbin.