Barranin
Il-Prinċep Harry u Meghan Markle bl-ewwel impenn irjali

Tħabbar l-ewwel impenn irjali għall-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle fejn illum se jkunu qed iżuru fiera tal-karità fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Aids, f’Nottingham. Il-koppja li se tiżżewweġ f’Mejju tas-sena d-dieħla se tiltaqa’ wkoll mal-kapijiet ta’ skola li hemm viċin il-fiera.

Il-Prinċep Harry mhux wiċċ ġdid f’Nottingham, hekk kif fl-2013 kien kien iltaqa ma’ grupp ta’ żgħażagħ biex jiddiskuti magħhom kwistjonijiet relatati mal-vjolenza fost iż-żgħażagħ.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, tħabbar uffiċjalment li l-prinċep ta’ 33 sena u l-attriċi Amerikana ta’ 36 sena se jiżżewġu wara li bdew joħorġu flimkien f’Lulju tas-sena li għaddiet. Huma ltaqgħu għax kellhom ħbieb komuni u dehru għall-ewwel darba flimkien fil-pubbliku f’Settembru li għadda f’Toronto, il-Kanada.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Aktar