Barranin
Fejn qattgħu l-Ewwel tas-Sena l-Prinċep Harry u Meghan?

Il-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle ċċelebraw l-Ewwel tas-Sena fir-Riviera Franċiża u vvjaġġaw b’titjira economy.  Fuq l-ajurplan huma kienu bilqiegħda qrib il-kamra tal-banju fil-preżenza ta’ tliet bodyguards.

Huma siefru mat-titjira mal-British Airlines u telgħu abbord fl-9.55am qabel mal-passiġġiera l-oħra telgħu fuq l-ajruplan. It-titjira telqet mill-ajruport ta’ Heathrow f’Londra 20 minuta qabel ma kienet skedata u waslet Nizza qabel.

Persuni li kienu fuq it-titjira qalu li t-tnejn li huma libsu kappell u ħwejjeġ normali sabiex jipprovaw jaħbu l-identità tagħhom.  Hekk kif waslet it-titjira, il-Prinċep Harry u Meghan Markle sabu jistennewhom il-Pulizija minkejja li ma kinux mitluba mir-Renju Unit.

Din ma kinitx l-ewwel darba li xi membru mill-famija Rjali b’titjiriet simili fosthom ir-Reġina Eliżabetta II u żewġha Philipp li kienu vvjaġġaw b’ferrovija u anke William li siefer b’titjira low cost lejn l-Iskożja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja, l-ex għarus tal-mudella Gessica Notaro ntbagħat 15-il sena ħabs wara li l-qorti tal-appell sabitu ħati li tefa’ l-aċtu fuq wiċċha. Edson Tavares nstab ħati li għamel dak l-attakk li…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tkompli timbotta l-ftehim għal Brexit hekk kif għal diversi sigħat kien hemm ix-xnieha li minħabba l-ftehim Ministru ieħor fil-kabinett tagħha, Michael Gove kien qed…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Il-mużika kulħadd iħobbha. Imma mhux kulħadd iħobb l-istess ġeneru. Fil-programm tiegħi fuq ir-radju ndoqq mużika popolari, l-aktar dik tas-snin tmenin. Iżda la tkun…

Stejjer Umani

Ġuvni Ingliż ta’ 22 sena jippreferi li joqgħod lura u ma jbus lil ħadd għax jibża li jista’ jmut. Oli Weatherall li huwa minn Surrey ilu mindu kien tifel allerġiku…

Aktar