Barranin
Il-Prinċep Harry u Meghan Markle mhux se jmorru għal qamar il-għasel għalissa

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.

Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant mistennija. Ma’ dawn ħafna aktar nies segwew iċ-ċerimonja fuq it-televiżjoni minn madwar id-dinja kollha.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ spiċċaw b’ikla filgħaxija u spettaklu ta’ logħob tan-nar. Għal dan l-avveniment li ġie organizzat mill-Prinċep Charles attendew mal-200 ħbieb kbar ta’ Meghan u Harry.

Intant il-koppja mhux mistennija li tmur għal qamar il-għasel minnufih. Hija ddeċidiet li tibqa’ ftit fir-Renju Unit qabel ma tmur għal btala.

Bħala rigal tat-tieġ, il-Prinċep Harry ta lil martu ċurkett li kien t’ommu – il-Prinċipessa Diana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xini tal-kummerċ Grieg li jmur lura aktar minn 2,400 sena instab fil-qiegħ tal-baħar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Bulgarija. Is-sejba tax-xini fil-Baħar l-Iswed qed tkun deskritta bħala l-akbar sejba ta’ vapur antik…

Barranin

Il-plejer Portugiż ta’ Juventus Cristiano Ronaldo spiċċa fuq fomm kulħadd minħabba l-arloġġ miksi bid-djamanti li libes.  Kien innutat minn kulħadd u qanqal reazzjoni ta’ bosta. Impossibbli ma tindunax bl-arloġġ li…

Kurżitajiet

Burgers magħmula minn sostituti tal-laħam fihom iktar melħ mill-burgers propji.  Dan ħareġ minn stħarriġ ġdid li sar minn grupp ta’ riċerkaturi Ingliżi li fih jirriżulta li burgers tal-laħam fihom 0.14…

Teknoloġija

WhatsApp se jkun qed jagħti l-opportunità lil min juża din il-pjattaforma għall-messaġġi biex jagħmel distinzjoni bejn il-kuntatti li jkollu marbuta max-xogħol u ċ-ċirku ta’ ħbieb tiegħu. Dan biex meta persuna…

Aktar