Barranin
Il-Prinċep Harry u Meghan mhux ser jibqgħu fl-ogħla karigi pubbliċi tal-Familja Rjali

Il-Prinċep Harry u martu Meghan ħassdu lil kulħadd, inkluż lill-familja rjali, meta fuq il-media soċjali ħabbru li se jagħmlu pass lura mill-funzjonijiet tagħhom bħala membri tal-familja rjali Ingliża. Deċiżjoni li niżletx tajjeb mal-familja Rjali speċjalment għax ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni u membri oħra tal-familja saru jafu mill-media bl-intenzjonijiet tal-koppja.

Il-Prinċep Harry u martu Meghan ħabbru li ħadu pass lura mill-funzjonijiet rjali tagħhom u se jaqsmu l-ħin tagħhom bejn ir-Renju Unit u l-Amerika ta’ Fuq. Hu rrappurat li dan kien xokk għall-familja rjali. Sorsi fi ħdan il-familja rjali qalu li tinsab mweġġa u diżappuntata b’din id-deċiżjoni.

Il-koppja ħabbret l-intenzjonijiet tagħha fuq il-media soċjali, l-Erbgħa filgħaxija, mingħajr ma tkellmet mar-Reġina Eliżabetta u missier Harry, il-Prinċep Charles.

Id-deċiżjoni tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex qanqlet diversi reazzjonijiet fost l-Ingliżi. Il-kummentatur dwar il-familja rjali Richard Fitzwilliams għamilha ċara li din l-attitudni mhux se ssieket lill-kritiċi tal-koppja.

Fi stqarrija, il-Palazz ta’ Buckingham qal li kien hemm kwistjonijiet kumplikati li kienu qed jitkellmu dwarhom. Il-Prinċep Harry u Meghan qalu li ħadu din id-deċiżjoni wara xhur ta’ riflessjoni u diskussjonijiet interni. Huma qalu li se jaħdmu biex ikunu finanzjarjament indipendenti. Minkejja d-deċiżjoni tal-koppja, Harry se jibqa’ fis-sitt post fil-linja għat-tron – wara l-Prinċep Charles, il-Prinċep William u t-tliet uliedu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox ibbukkjat għal btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport. Ġara,…

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Aktar