Barranin
Il-Prinċep Harry u Meghan qed jistennew it-tieni tarbija

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom. Dan ħabbru kelliem għall-koppja, li qal kif huma qed jistennew tarbija oħra li se tkun ħu jew oħt Archie Mountbatten-Windsor, li għalaq sena f’Mejju li għadda.

Il-kelliem qal li l-koppja huma ferħana mmens b’din l-aħbar. Saħaq li anke r-reġina u l-familja rjali kollha bagħtet l-isbaħ xewqat lill-koppja.

Din l-aħbar tasal wara li f’Novembru li għadda Meghan qalet kif f’Lulju ta’ qabel hi kienet korriet tarbija, xi ħaġa li skontha wasslet għal dwejjaq kbar.