Kurżitajiet
Merħba mhux tas-soltu għall-Prinċep Karlu f’Vanuatu

Il-Prinċep Karlu ngħata t-titlu prestiġġjuż ta’ Kap Għoli fost il-poplu ta’ Vanuatu.

Il-Prinċep stqarr li dan għalih huwa unur kbir u f’ċelebrazzjoni, xorob ix-xarba tipika magħrufa bħala kava li, kien daqha  wkoll missieru, il-Prinċep Phillip, fl-1974.

Illum il-ġurnata l-Prinċep Phillip huwa saħansitra meqjus bħala wieħed mill-allat ta’ tribù partikolari ta’ Vanuatu.

Il-Prinċep Karlu żar il-poplu ta’ Vanuatu wara li fetaħ il-logħob tal-Commonwealth fl-Awstralja.

Huwa ntlaqa’ fil-Port ta’ Vila b’għadd ta’ żeffiena tradizzjonali u ġie ppreżentat b’girlanda tal-fjuri malli ltaqa’ mal-President ta’ Vanuatu, Tallis Obed Moses.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle għandha programm ippakkjat b’bosta żjarat iżda hija tixtieq tirritorna lura f’art twelidha, fl-Istati Uniti, u tingħaqad mal-ħbieb u l-qraba tagħha. Infatti, Meghan iddeċidiet li, qabel…

Kurżitajiet

Il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo dejjem jispiċċa fl-aħbarijiet – jekk mhux għall-futbol għall-ġesti oħrajn li jagħmel barra l-pitch.  Infatti, l-aħħar rapport fuq il-media barranija jikxfu kemm il-ġenerożità tal-plejer multimiljunarju ma taqta’ qatt….

Kurżitajiet

L-istilla tat-tim Franċiż, Kylian Mbappé, se jkun qed jagħti l-istipendju kollu tiegħu li kiseb mit-Tazza tad-Dinja 2018 lit-tfal fil-bżonn. Mbappé, li għad għandu biss 19-il sena, saħħar lil kull min…

Kurżitajiet

Żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena qed jippreferu jqattgħu l-ħin mal-familja, minflok fis-sess. Dan ħareġ minn studju li sar fir-Renju Unit, li minnu ħarġu xejriet differenti mis-snin ta’ qabel fir-rigward…

Aktar