Barranin
AĠĠORNAT: Il-Prinċep Philip involut f’inċident bil-karozza waqt li kien qed isuq

Il-Prinċep Philip kien involut f’ħabta bil-karozza u b’xorti tajba ma weġġax. Il-Palazz Buckingham qal li d-Duka ta’ Edinburgh, li għandu 97 sena, ma weġġax fl-inċident li seħħ f’Sandringham.

Jidher li d-Duka ta’ Edinburgh kien qed isuq Range Rover u hu u ħiereġ minn karreġġjata ħabat ma’ karozza oħra bil-konsegwenza li l-karozza tiegħu nqalbet. Nies fuq il-post għenu lill-Prinċep Philip joħroġ mill-karozza sakemm waslu l-pulizija. Kelliem għall-Palazz Buckingham qal li l-Prinċep kien taħt xokk qawwi iżda ma weġġax.

Id-Duka u r-Reġina ilhom mill-Milied jgħixu f’Sandringham u l-Prinċep ma ngħaqadx mal-familja Rjali għall-attivitajiet ta’ Jum il-Milied.

Il-Prinċep Philip irtira mix-xena pubblika f’Awwissu tal-2017. F’April li għadda l-Prinċep Philip għadda minn operazzjoni fil-ġenbejn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija Microsoft mistennija tissostitwixxi għadd ta’ ġurnalisti li jaħdmu bil-kuntratt mas-sit tal-MSN ma’ robots. Xogħol dawn ir-robots se jkun li jagħżlu l-istejjer tal-aħbarijiet. Microsoft, bħal diversi kumpaniji teknoloġiċi oħra, tħallas…

Barranin

Harvey Weinstein, li kien ikkundannat 23 sena ħabs fuq stupru u abbuż qed jaffaċċja aktar akkużi. Erba’ nisa oħra qed jakkużawh b’abbużi sesswali li saru bejn l-1984 u l-2013. Waħda minn…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump qal li se jagħmel pass drastiku u jtemm ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Huwa ħabbar dan ftit sigħat ilu flimkien ma’ miżuri…

Barranin

Ġurnalist tas-CNN li kien qed jirrapporta minn Minneapolis fuq il-mewt ta’ George Floyd ġie arrestat. Omar Jimenez kien immanettjat waqt li kien qed ixandar live kmieni lbieraħ filgħodu. Miegħu ġew…

Aktar