Barranin
Il-Prinċep tas-Saudi approva l-qtil ta’ ġurnalist eżiljat lura fl-2018 – rapporti

Rapport tal-servizzi sigrieti tal-Istati Uniti sabu li l-Prinċep tas-Saudi Mohammed bin Salman approva l-qtil tal-ġurnalist eżiljat Jamal Khashoggi lura fl-2018.

Ir-rapport, li ġie ppubblikat minn Joe Biden, jgħid li l-Prinċep approva pjan biex il-ġurnalist ‘jinqabad jew jinqatel’.

L-Istati Uniti issa ddikjarat ammont ta’ sanzjonijiet fuq il-pajjiż tas-Saudi. Minn naħa tagħhom, l-awtoritajiet tal-pajjiż Għarbi ddikjaraw li dan ir-rapport huwa falz u inaċċettabbli.

Il-ġurnalist, li kellu 59 sena, kien inqatel meta kien qed iżur l-ambaxxata tas-Saudi fit-Turkija. Il-Prinċep ċaħad kull involviment f’dan l-assassinju.