Unjoni Ewropea
Il-problema tal-immigrazzjoni fl-Ewropa hija waħda mit-temi ewlenin tal-Presidenza Ġermaniża tal-UE

L-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta qal li l-problema tal-immigrazzjoni fl-Ewropa ser tkun waħda mit-temi ewlenin tal-Presidenza Ġermaniża tal-Unjoni Ewropea.

Waqt diskussjoni dwar il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin l-ambaxxatur Ġermaniż għal Malta Walter Hassman qal li l-Ġermanja taf li Malta qed tħabbat wiċċha mal-problema tal-immigrazzjoni u qed tistenna l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea bit-tama li tkun implimentata bil-koperazzjoni ta’ kulħadd.

“We are fully aware that Malta is really very much in a difficult position being so close to Libya, right in the centre route of boats , we cannot continue as we have done so far by dealing person by person always negotiating, we need a stable sustainable mechanism to deal with arrivals”.

L-Ambaxxatur Hassman qal hemm kunsens dwar ir-responsabiltà li l-ebda persuna ma għandha titħalla tmut għax ħadd ma jgħinha jew jieħu ħsiebha meta tkun fil-baħar Mediterran. Minkejja dan qal lin-negozzjati dwar soluzzjoni ser ikunu diffiċli biex jintlaħaq ftehim dwar kif ser tkun immaniġjata l-problema tal-immigrazzjoni. L-Ambaxxatur qal li l-Presidenza Ġermaniża preparat programm vast li trid taħdem fuqu fosthom il-kriżi li ħolqot il-Coronavirus.

Temi oħra huma l-budget tal-Unjoni Ewropea u anke n-negozji għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-programm tal-Presidenza Ġermaniża kien diskuss f’laqgħa virtwali ma’ aktar minn sittin parteċipant minn pajjiżi differenti. It-taħdita bit-tema ‘Flimkien għall-irkupru tal-Ewropa’ kienet organizzata mill-MEUSAC mal-Ambaxxata Ġermaniża. Ipparteċipaw fid-diskussjoni l-Ministri Carmelo Abela u Evarist Bartolo flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stephan Zrinzo Azzopardi. Il-Ministru Abela tkellem dwar is-sostenibilità f’mument ta’ kriżi minħabba l-Covid-19 filwaqt li l-Ministru Bartolo qal li l-problema tal-immigrazzjoni għandha tkun indirizzata b’investiment fl-Afrika ħalli jinħoloq ix-xogħol biex iċ-ċittadini Afrikani ma jkollhomx il-ħtieġa li jħallu l-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni…

COVID-19

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li l-aġenti u l-operaturi tal-ivvjaġar qegħdin jiffaċjaw diffikultatjiet biex joħorġu r-rifużjonijiet minħabba li l-kumpaniji turistiċi mhumiex qegħdin jibagħtulhom l-flus lura tal-vjaġġi u pakketti tal-ivjaġġar…

Immigrazzjoni

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa…

COVID-19

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali…

Aktar