Saħħa
Il-problemi tal-qalb jibqgħu l-aktar kawża ta’ mwiet fost il-Maltin

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea poġġa lill-Maltin fost l-iktar popli fl-Unjoni Ewropea li jgħixu fit-tul mertu għas-servizzi tas-saħħa fil-pajjiż . . . iżda mhux kollox ward u żahar.

Ir-rapport jgħid li żewġ persuni minn kull ħamsa f’Malta jmutu minħabba l-obeżità u t-tipjip . . . bl-ikbar kawża ta’ mwiet fost il-Maltin jibqgħu l-problemi tal-qalb.

Mir-rapport joħroġ ukoll li l-ikbar sfidi għas-saħħa pubblika f’Malta huma l-konsum tal-alkoħol u ż-żieda ta’ każijiet ġodda tal-HIV.

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istat ta’ saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea juri li n-nisa u rġiel f’Malta qed jgħixu sal-età medja ta’ iktar minn 82 sena u fi stat ta’ saħħa li huwa tajjeb għal din l-età. Din ir-rata, li żdiedet b’4 snin meta mqabbel mas-sena 2000, hi fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport jgħid, li għalkemm fuq medda ta’ 16-il sena, l-imwiet relatati mal-problemi tal-qalb naqsu bin-nofs, dawn xorta għadhom l-ikbar kawża ta’ mewt fost il-Maltin . . . segwiti mill-kanċer. Waħda mill-isfidi ewlenin għas-saħħa pubblika f’Malta hi l-obeżità . . . b’iktar minn kwart tal-adulti u terz taż-żgħażagħ għandhom problema ta’ piż żejjed jew ta’ obeżità.

Gemma Williams li ħadmet ir-rapport fuq Malta qalet żewġ Maltin minn kull ħamsa jmutu kawża tal-obeżità u t-tipjip.

“Obesity rates for both adults and children are now the highest in the EU so that obviously is a major public health challenge to be addressed.”

Spjegat li tħassib ieħor għas-saħħa huwa l-konsum tal-alkoħol u mard ieħor prevalenti fis-soċjetà.

“There are also concerns about diabetes, newly diagnosed cases of HIV and mental health and these issues need tackling going forward.”

Ir-rapport jgħid li n-nefqa fis-saħħa f’Malta hija ta’ 9.3% tal-Prodott Domestiku Gross . . . kemm kemm inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Fid-dokument jissemma’ li żdiedu l-professjonisti mediċi iżda għad m’hawnx biżżejjed infermiera biex ilaħħqu mas-servizz tas-saħħa. Ir-rapport jinnota, li għalkemm żdiedu l-pazjenti li fiequ mill-kanċer, ir-rata ta’ screening fost il-Maltin għadha baxxa.

Ir-rapport jgħid li Malta rnexxielha tnaqqas il-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet, iżda tissemma’ wkoll l-isfida ta’ stennija fl-outpatients, b’uħud isibu s-soluzzjoni li jaraw l-ispeċjalista b’mod privat, li tista’ twassal għal inġustizzja għal min ma jaffordjax li jagħmel dan. Ir-rapport jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ investiment kontinwu fil-kura primarja.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar