COVID-19
Il-proċess ta’ tilqim għall-Covid-19 it-tieni l-aqwa fl-Unjoni Ewropea

Il-proċess ta’ tilqim għall-Covid-19 f’Malta huwa meqjus it-tieni l-aqwa fl-Unjoni Ewropea skont klassifika tas-sit Our World in Data. L-istatistika qed tinħadem skont l-ammont ta’ tilqim tal-ewwel doża tal-vaċċin fil-pajjiż għal kull mitt ruħ.

Fl-Unjoni Ewropea, l-uniku pajjiż li kklassifika qabel Malta fl-għoti tal-vaċċin kien id-Danimarka. Fuq skala globali, Malta tikklassifika mal-ewwel għaxra, fejn fost il-pajjiżi bl-aqwa rata ta’ tilqim hemm Iżrael, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Bahrain.

Fuq il-midja soċjali d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne xerred din l-istatistika u rringrazzja lill-istaff mediku u amministrattiv.