COVID-19
Il-proċess tat-tilqim għall-Covid f’Malta l-aqwa fl-Ewropa – Politico

Fi Tweet, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kkwota l-istatistika ta’ Politico, li sabet li Malta tinsab fuq quddiem nett fost il-pajjiżi Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19.

Dr Fearne qal ukoll li bħalissa Malta tinsab ħerqana li tinħareġ approvazzjoni tat-tilqima AstraZeneca aktar tard din il-ġimgħa.