Politika
Il-Professur Cassola jgħid li l-emendi approvati għal iktar nisa fil-Parlament insult għalihom

Il-kandidat independenti għall-elezzjoni generali, il-Professur Arnold Cassola, ppreżenta protest ġudizzjarju kontra l-Gvern għax qed isostni li l-emendi kostituzzjonali għar-rappreżentanza ugwali bejn is-sessi li kienu approvati mill-Parlament huma insult fil-konfront tan-nisa.

Fil-protest ġudizzjarja fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, il-Professur Cassola qal li l-emendi kostituzzjonali saru b’konfoffa bejn iż-żewg partiti l-kbar.

Huwa qal li l-emendi fil-liġi ħolqu sistema ta’ diskriminazzjoni għax jaghtu dritt biss liż-żewg partiti l-kbar li jżidu l-membri parlamentani nisa. S

Il-Professur Cassola spjega li nisa ta’ partiti oħra jew indipendenti li jkunu ġabu aktar voti minn dawk tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista se jitilfu d-dritt li jidħlu fil-Parlament mat-12-il mara li se jiżdiedu u se jinqabżu għax m’humiex membri tal-partiti l-kbar.