Kisbiet
Il-Professur Charmaine Gauci u t-tim tagħha nnominati għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

Ix-xejra kontinwa ta’ tnaqqis tal-każi tal-Covid-19 f’Malta tant li darb’oħra reġa’ ma nstab l-ebda każ tal-virus f’aktar minn sitt mitt swab test, kompliet ġiet apprezzata fost oħrajn mill-membri Maltin fil-Parlament Ewropew li ngħaqdu biex innominaw lil Professur Charmaine Gauci u dawk kollha li ħadmu biex ġiet imrażżna l-pandemija għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.

Għar-raba’ jum infila, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa sa nofsinhar. Fl-aġġornament ta’ kuljum, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li għamlu 567 swab test ieħor li minħabba ma rriżulta l-ebda każ pożittiv. Mill-banda l-oħra qalu li persuna oħra li kellu l-virus issa fieq biex b’hekk il-każi attivi niżlu għal 21.

Għalkemm fl-aħħar għaxart ijiem, f’diversi ġranet ma nstabux persuni bil-Covid 19, il-virus għadu ma spiċċax u għalhekk l-awtoritajiet komplew iħeġġu biex f’din in-normalità ġdida bil-virus, il-pubbliku għandu jibqa’ jsegwi r-rakkomandazzjonijiet fosthom il-ħasil spiss tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri anke meta tintemm illum l-emerġenza medika li kienet daħlet fis-seħħ f’Marzu li għadda.

Intant, is-sitt Ewroparlamentari Maltin, miż-żewġ partiti politiċi ngħaqdu flimkien u innominaw għal Premju taċ-Ċittadin Ewropew lis-Supredendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, lit-tim tagħha u l-professjonisti u l-voluntiera kollha tal-kura tas-saħħa li għenu biex jikkoordinaw il-ħidma għat-trażżin tal-pandemija COVID-19.

L-Ewroparlamentari Maltin stqarrew li t-tmexxija tal-Professur Gauci flimkien mat-tim tagħha ta’ professjonisti dedikati u tant voluntiera, fissru li Malta u Għawdex setgħu jirreaġixxu għall-pandemija b’mod effettiv. Żiedu jgħidu li l-Professur Gauci u t-tim tagħha huma xhieda tal-valuri Maltin u Ewropej fil-promozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq ix-xjenza għall-kura tas-saħħa u miżuri oħra immirati biex irażżnu t-tixrid tal-virus u għalhekk jistħoqqilhom ikunu rikonoxxuti fil-Premju taċ-Ċittadin Ewropew li jirikonoxxi nies u organizzazzjonijiet li eċċellaw fil-kontribut tagħhom għas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra

Abdi Qani u Abdul Afghani ta’ 16-il sena, mis-Somalja, deheru quddiem il-Maġistrat Dr Joe Mifsud fuq akkużi li ffalsifikaw xi passaporti. Iż-żewġ minuri, residenti f’Dar il-Liedna fil-Fgura, kienu akkumpanjati minn…

Stephen Nkenj ta’ 25 sena mill-Kamerun iżda jgħix f’Tas-Sliema deher quddiem il-Maġistrat Dr Joe Mifsud akkużat li għamel użu ta’ passaport ta’ ħaddieħor. Quddiem il-qorti, instema’ kif Nkenj, li għandu passaport…

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li kull meta kellu jieħu deċiżjonijiet iebsa ħadhom u mhux se jiddejjaq jeħodhom. Dr Abela qal dan meta kien qed iwieġeb domandi tal-ġurnalisti dwar l-eks…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fl-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvutaw 16% tat-tesserati eleġibbli. Ilbieraħ kien l-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija. L-elezzjoni nfisha għal Kap, bejn il-kandidati…

Aktar