Press Briefings
Anzjan ta’ 72 li jinsab bil-ventilator fost l-10 każijiet tal-lum

Wara li fl-aħħar jumejn, f’Malta ġew konfermati ħames każi kuljum, fil-jum tas-Sibt il-każi irduppjaw u f’jum wieħed l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw għaxar każi minn kważi ħames mitt swab li saru fit-tliet ċentri tas-swabing.

Filwaqt li ħafna mil-każi ġodda huwa fi stat tajjeb ta’ sħaħ mhux l-istess jista’ jingħad għall-anzjan Malti ta’ 72 sena.

“L-anzjani huma nies vulnerabbli u allura jekk taqbadhom dan il-virus li huma jispiċċaw jkollhom kumplikazzjonijiet u sfortunatament dan ir-raġel ġralu hekk fejn il-kumplikazzjoni li għandu l-persuna hija ta’ bilateral pneumonia u propju issa qiegħed l-ITU taħt il-kura tal-ispeċjaisti; qiegħed intubat u bil-ventilator.”

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, żiedet tgħid l-anzjan rriżulta fin-negattiv fl-ewwel test, iżda fit-tieni test instab li għandu l-COVID-19. Qalet li huwa kellu kuntatt ma’ persuna li kienet imsiefra u rriżultat pożittiv għall-corona virus.

F’aġġornament dwar l-aħħar każi, il-Professur Gauci qalet li issa hemm tliet persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, bir-raġel ta’ 61 u l-mara ta’ sittin sena jinsabu f’qagħda stabbli.

Il-Prof. Gauci enfasizzat l-importanza li l-epidemija tinfirerx fuq perjodu akbar ta’ żmien biex is-sistema tas-saħħa tlaħħaq mal-każijiet. Appellat biex membri ta’ familja li jgħixu ma’ qraba vulnerabbli jikkoperaw mal-awtoritajiet.

“Aħna qed ninkoraġixxu lil postijiet tax-xogħol li fejn jistgħu joffru teleworking ; jekk għandek sitwazzjonijiet fejn ma jistħgux jagħmlu mod ieħor u jrid bilfors imur għax-xogħol – mhemmx x’tagħmel, ikollu jmur għax-xogħol pero’ fuq il-post tax-xogħol irid ukun hemm il-miżuri ħalli kemm jista’ jkun ikun hemm social distancing – ħalli ma jiltaqx ma’ persuni oħrajn fil-qrib ħafna u fid-dar ukoll iżomm is-social distancing.”

Appellat biex meta jkunu fid-dar mal-vulnerabbli ma jieklux flimkien, jużaw kamra tal-banju differenti u ma jorqdux fl-istess kamra jekk ma jkunx hemm ħtiġijiet mediċi.

Il-Prof Gauci qalet li l-każi l-ġodda huma ta’ familja Filippina li tgħix f’Malta. It-tliet membri tal-familja kellhom kuntatt ma’ persuna li wasal mill-Filippini u li ser jiġi ttestjat għall-virus.

Każ ieħor huwa ta’ Ingliż ta’ 59 sena li wasal mir-Renju Unit u baqa’ fi kwarantina bl-ewwel sintomu kien li ma baqax itiegħem. Malti li jgħix fi Franza u ġie lura fit-13 ta’ Marzu. L-ewwel sintomu t-tiegħu kien li tilef is-sens tax-xamm.

Fost il-każi ta’ persuni li ħadu l-infezzjoni lokalment hemm Maltija li taħdem fil-qasam tas-saħħa, bl-awtoritajiet tas-saħħa bdew bil-contact tracing fuq kollegi u qrabatha. Malti, li huwa s-sieħeb ta’ pazjent li rriżulta fil-pożittiv, ukoll qabditu l-COVID-19. U żewġ irġiel Indjani li ttestjaw fil-pożittiv wara li kuntatt li kellhom persuna li laqtet il-virus minn fuq il-post tax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar