Lokali
Il-Professur Raymond Mangion jinħatar Chairperson tal-Kunsill għall-Arkivji

Il-Professur Raymond Mangion inħatar Chairperson tal-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera tenna li l-arkivat ta’ pajjiżna u l-memorja kolletiva tagħna huma parti integrali tal-wirt patrimonjali tagħna. Sostna li l-ħidma ta’ dan il-kunsill li għadu kif ġie appuntat, flimkien mal-ħidma tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta mmexxija mid-Dott. Charles Farrugia bħala Kap Eżekuttiv u l-Arkivista Nazzjonali, se twassal biex inkomplu nippreservaw dokumenti, l-istorja dokumentata u l-memorja kollettiva.

Il-Ministru Herrera fakkar li l-gvern hu impenjat li fis-snin li ġejjin jibni binja adekwata li tkopri l-arkivji kollha li twassal biex il-memorja u l-arkivji tagħna li huma parti integrali mill-patrimonju ta’ pajjiżna jiġu esposti għall-pubbliku.

Min hu l-Professur Raymond Mangion?

Il-Professur Raymond Mangion hu Professur tal-Liġi u tal-Istorja Legali fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta. Hu gradwat fil-Liġi, fl-Istorja, fil-Patristika, fil-Lingwistika, fil-Letteratura kif ukoll fl-Istudji dwar il-Komunikazzjoni.

Hu ntagħżel mill-Università ta’ Malta biex jissokta bl-istudji tiegħu fl-Università ta’ Oxford, l-Ingilterra, fejn kiseb it-tieni Dottorat fil-Liġi b’enfasi fuq l-Istorja tal-Leġiżlazzjoni.

Fl-1981, il-Prof Mangion beda jiġbor il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti u li issa tikkonsisti fil-konservazzjoni ta’ mijiet ta’ tifkiriet. Hu l-kittieb u l-editur ta’ diversi kotba.

Fl-2019, il-Professur Mangion ġie maħtur fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu u ngħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar