Barranin
Il-progesterone jista’ jnaqqas iċ-ċans ta’ korriment fit-tqala

L-ormon progesterone jista’ jnaqqas ir-riskju ta’ korriment meta jingħata lil nisa li jaraw id-demm waqt it-tqala.

Dan instab minn studju li sar minn riċerkaturi fl-Università ta’ Birmingham, u li analizza l-effetti fuq 4,000-il mara li kollha kienu qed jaraw id-demm waqt it-tqala.

Ir-riċerkaturi qasmu n-nisa f’żewġ gruppi, fejn grupp wieħed ingħata l-progesterone, u l-grupp l-ieħor ingħata pirmla finta, li f’testijiet bħal dawn tissejjaħ ‘placebo’.

Kien innutat li mhux in-nisa kollha li jaraw id-demm jibbenefikaw minn dożi ta’ progesterone, iżda l-effetti kienu iktar viżibbli f’dawk in-nisa li kien diġà kellhom korrimenti fil-passat.

F’dawn in-nisa partikolari li ngħataw il-progesterone, ir-rata ta’ trabi li twieldulhom ħajjin żdiedet bi 15% fuq dawk li ma ngħatawx il-progesterone.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar