Infrastruttura
Il-proġett biex jittaffa l-għargħar f’Birżebbuġa mistenni jibda wara s-sajf

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf.

Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar meta jimla jew wara maltempati, li b’konsegwenza tagħhom jgħarrqu l-inħawi ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa qrib il-Kunsill Lokali tal-lokalità.

Bl-istaġun tas-sajf beda jirranka, fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa jispikkaw l-opri tal-baħar u s-sajjieda bil-qasba li f’temp sabiħ jieħdu x-xoqqa f’moxtha waqt li l-baħar qisu żejt. Din il-veduta iżda tikkuntrasta bil-bosta meta taħkem xi grigalata, bil-baħar litteralment jispiċċa jibla’ l-art u l-livell tiegħu jogħla iktar mil-livell tat-triq b’konsegwenza li fit-triq, l-ilma jitla’ għoli sa 10 pulzieri u jikkawża wġigħ ta’ ras għar-residenti u għal min jgħaddi bil-karozza miż-żona ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa.

Wara snin ta’ lmenti, il-Birżebbuġin se jingħataw widen għax f’Settembru li ġej, Infrastructure Malta se tibda proġett, b’investiment ta’ €400,000 biex tittaffa l-problema tal-għargħar fl-inħawi bl-inqas effetti fil-bini tal-madwar.

“Se nwessgħu culverts eżistenti, se noħolqu culverts illi hemm bżonn isiru biex tittaffa l-problema u finalment nerġgħu nagħmlu resurfacing taż-żona b’asfalt ġdid,” qal l-Inġinier Robert Schembri, Direttur Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta.

L-Inġinier Schembri spjega li l-proġett hu parti minn kullana ta’ interventi li twettqu fiż-żona, fosthom il-bini mill-ġdid ta’ Triq Żaren Dalli li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tasal sax-xatt. L-Inġinier Schembri qal li dalwaqt se jibda x-xogħol fi Triq it-Tankijiet li tagħti għall-istess żona.

Ara wkoll:

Xita m’għamlitx imma din it-triq f’Birżebbuġa xorta mgħerrqa

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar