Il-proġett pilota dwar id-diferimenti estiż għall-Qorti tal-Familja

In-numru ta’ każijiet diferiti f’waħda mill-awli tal-Qorti naqqsu bin-nofs wara li sitt xhur ilu ddaħlet sistema kompjuteriżża bħala parti minn proġett pilota. B’din is-sistema, in-notifiki sabiex akkużati u x-xhieda jidhru l-Qorti, ma baqgħux jitqassmu mill-Pulizija.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici spjega li f’sitt xhur,il-kawżi diferiti quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale naqsu minn 35% għal 15%.

Dis-sistema l-ġdida tneħħiet, dik li l-Ministru Bonnici sejjaħ bħala “użanza kerha”, li kulħadd jissejjaħ fid-9.00am u b’hekk kien ikollok mat-300 ruħ fl-awli tal-Qorti.

Liz Vassallo, li kienet responsabbli li tiddaħħal din is-sistema, qalet li s-sistema tan-notifiki kellha suċċess kważi mija fil-mija.

“kważi kulħadd jiġi notifikat ħlief għal 2% li jkunu postijiet li jkunu abbandunati jew m’għadhomx jeżistu kontra r-rati ta 50% meta kienu jitqassmu mill-Pulizija.”

Wara dan is-suċċess, is-sistema issa ġiet estiża fil-Qorti tal-Familja, fl-awla tal-Maġistrat Anthony Vella.

“Hemm il-bżonn, anki għax hija Qorti tal-Familja, fejn anki hemm bżonnijiet soċjali, fejn hemm id-drittijiet tan-nisa u t-tfal li jridu jiġu mħarsa, rajna li tinħass il-ħtieġa nibdew naħdmu fuq din l-awla biex ikun hemm iktar rata ta’ suċċess u l-imputati li jitressqu lejn il-Qorti għandhom jitilgħu u mhux jaħarbu milli jitilgħu u ssir ġustizzja kif suppost,” qalet Liz Vassallo.

Il-Ministru Bonnici ħabbar li l-Gvern qed jaħdem biex jadotta l-kunċett ta’ “guilty-no show”- li jintuża f’għadd ta’ Qrati Ewropej – biex il-Maġistrat jagħti sentenza anki jekk l-akkużat ma jkunx preżenti. Qal li l-akkużat jiġi nnotifikat darbtejn u jekk jibqa’ ma jinstabx, isir avviż pubbliku fil-gazzetta, qabel il-Maġistrat jgħaddi għas-sentenza. Dr Bonnici qal li l-Gvern ilu sitt xhur li ppropona emendi fil-kodiċi tal-liġi biex dan jidħol fis-seħħ, iżda għadu qed jistenna lill-Opożizzjoni tagħti r-reazzjoni tagħha dwar dan.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar