Lokali
Il-proġett ta’ Townsquare għadu jidfen lir-residenti taż-żona fit-trab

Spezzjona għal għarrieda li TVM għamel fuq il-proġett ta’ Townsqaure f’Tas-Sliema, sab li r-residenti għandhom raġun jilmentaw mit-trabijiet. Kelliem għall-iżviluppaturi, reġa’ skuża ruħu għal dan l-inkonvinjent u qal li ser ikun investigat għaliex l-isprinklers tal-ilma biex imewtu t-trab ma kinux qed jaħdmu.

Daħna ta’ trab għolja diversi sulari. Dan hu li sibna fi Triq Tignè, fejn għaddej l-iskavar għal proġett tat-torri ta’ Townsquare f’Tas-Sliema li qed jinbena f’żona residenzjali.

Għalkemm l-iżviluppatur fi stqarrija pulita lbieraħ skuża ruħu għall-inkonvinjent għar-residenti tal-madwar u qal li kienu qegħdin jużaw l-ilma biex inaqqsu t-trabijiet, jidher li għal xi raġuni dan ma kienx qed jaħdem x’ħin crew ta’ TVM mar biex jara s-sitwazzjoni.

Tul is-siegħa li konna fuq il-post, l-istorbju u t-trab ma naqsux. Innutajna wkoll, li waqt li l-bowser tal-ilma kien fis-sit, dan ma kienx qiegħed jintuża biex iferrex l-ilma.

Residenta li toqgħod viċin il-proġett ilmentat li l-iskavar qiegħed ikun ta’ inkonvenjent kontinwu għar residenti, sentiment li ntwera wkoll fi stqarrija mill-Kunsill ta’ Tas-Sliema.

Hemm it-trabijiet li huma enormi, anki kif suppost qed jagħmlu bil-water fountains biex jimminimizzaw it-trabijiet, l-ammont li qegħdin jużaw m’huwiex biżżejjed għal kwantità ta’ art li hemm, li mhux ilaħħaq mal-kwantità li hemm, kif jiġi daqsxejn trab, it-trab itir ma’ kullimkien, ħafna qed ibatu minn astma u allerġiji.

Il-kap tal-uffiċċju dwar ir-regolamenti tal-bini, Michael Ferry qal lil TVM li l-uffiċċju ġieli kellu lmenti u ħa passi. Stqarr li l-Awtorità m’għandiex ir-riżorsi biex tissorvelja s-sit kuljum biex jassigura li qed jimxu mal-kundizzjonijiet tal-permess fir-rigward tal-miżuri biex jitnaqqas l-inkonvinjent lill-ġirien.

Kelliem għall-proġett ta’ Townsquare qal li għal darb’oħra jiskużaw ruħhom għas-sitwazzjoni. Qal li l-fatt li l-isprinklers ma kinux qed jaħdmu ser ikun investigat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar