Infrastruttura
AĠĠORNAT: Ara fiex wasal il-proġett tal-Junction tal-Marsa

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq it-tielet u l-itwal mis-seba’ flyovers tal-proġett tal-Marsa Junction. B’tul ta’ kważi 32 metru, l-itwal travi tal-konkos f’dan il-proġett, bdew jitwaħħlu fl-għodwa tas-Sibt.

F’aġġornament dwar dawn ix-xogħijiet il-Ministru tat-Trasport u Infrastruttura, Ian Borg ħabbar li nofs il-proġett huwa lest u l-itwal flyover li għaddej xogħol fuqha bħalissa ser titlesta xahar qabel iż-żmien.

Il-Perit tal-Proġett, Raphel Abdilla, spjega li l-gverta ta din il-flyover ser tkun magħmula minn 65 travu tal-konkos li ser jiffurmaw rotta ta’ 227 metru. Huwa qal li din l-itwal struttura ser isserraħ fuq 16-il kolonna, li 12 minnhom diġa’ nbnew.

“Dan ser jiffaċilita biex inkunu nistgħu nneħħu s-sistema tat-traffic lights; b’mod konkret qed naħdmu fuq servizzi ta’ cables – bażikament qed niblu l-fergħa ta’ cables maġġuri għall-infrastruttura minn hawnhekk sal-proġett ta’ Santa Luċija,” qal Abdilla.

Il-Ministru Borg qal li din il-flyover – li ser tipprovdi konnessjoni diretta lejn it-tramuntana bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija, ser tinfetaħ lejn tmiem din is-sena minflok fl-aħħar ta’ Jannar.

Dr Borg qal li l-ftuħ tal-ewwel żewġ flyovers diġà qed jinħass min madwar 120 elf sewwieq li jgħaddu minn din ir-rotta kuljum.

“Is-south kien jixraqlu din l-infrastruttura biex tissolva darba għal dejjem din il-ħolqa partikolari hawnhekk quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata”

Dr Borg qal li x-xogħlijiet fuq il-ħames u s-sitt flyover ser jitlestew sa Marzu u x-xogħlijiet fuq l-aħħar flyover għandhom ikunu konlużi fi żmien seba’ xhur u nofs oħra.

Intant, l-għeluq temporanju ta’ parti minn Vjal Sir Paul Boffa minħabba t-tqegħid tat-travi tal-konkos ghal pont pedonali u xogħlijiet li qed isiru ftit ‘l isfel mir-roundabout ta’ Santa Luċija wassal għall-konġestjoni tat-traffiku qawwija fl-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-pipa, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Aktar