Il-proġett tal-powerstation il-ġdida tal-gass se jiswa 370 miljun ewro

Il-proġett tal-powerstation il-ġdida tal-gass li se jibni l-privat se jiswa 370 miljun ewro.

Il-kumpanija Afrikana GASOL, li hija msieħba fil-konsorzju Electrogas Malta, qalet fi stqarrija, li l-powerstation ser tinbena fi tmintax-il xahar wara li jkunu konklużi n-negozjati kollha

Il-powerstation tal-gass mistennija tinbena mill-privat f’medda kbira t’art fuq il-lemin malli tidhol fl-impjant ta’ Dellimara.

Fi stqarrija Gasol qalet li l-konsorzju Electrogas f’Malta mistenni jiffinanzja 20% mis-sehem tal-azzjonisti waqt li l-bqija b’self li l-konsorzju ser jagħmel.

Il-GASOL kkonfermaw li l-ftehim mal-Enemalta ser jinkludi x-xiri tal-kumpanija sussidjarja tal-Enemalta, il-Malta Power & Gass għall-prezz ta’ tletin miljun ewro. Il-kumpaniji għamlet l-istudji dwar il-proġett u għandha ukoll titlu fuq l-art fejn ser isir il-proġett.

Il-Gvern qal li se juża it-tletin miljun ewro mill-bejgħ tal-Malta Power & Gas biex iraħħas t-tariffi tal-elettriku għal familji minn Marzu li ġej. Joe Gasan li huwa ukoll imsieħeb fil-konsorzju qal lil dan l-istazzjon li huma ipprovdew id-dettalji kollha lill-Enemalta inkluż il-ftehim provizorju fuq il-kiri tal-vapur tal-ħażna tal-gass kif ukoll dwar is-self mill-bank għal proġett.

Il-Gvern, permess tal-Enemalta beda n-negozjati biex jiftiehem u jiffirma l-kuntratt mal-Electrogas. S’issa mhux magħruf jekk il-konsorzju li ikkompetta għal proġett huwiex ser iressaq appell kontra l-għazla tal-Electrogas.

L-istqarrija tal-GASOL tgħid li t-taħdidiet, inkluż dwar il-finanzjament mal-banek jistgħu jieħdu diversi xhur. Il-GASOL qal li mbagħad il-proġett jinbena fi żmien 18 -il xahar.

l-proġett jinkludi  floating storage unit għall-ħażna tal-gass li se jkun fil-baħar u regassification unit li se jinbena faċċata tal-impjant tal-BWSC. Intqal li l-floating storage unit se jkun tal-kumpanija tal-Gvern Azerbaijan SOCAR, li se jkollha d-dritt esklussiv li tissupplixxi l-gass kemm għall-proġett u anke lill-Enemalta meta taqleb il-powerstation tal-BWSC għall-gass.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Lokali

Għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’, għadd ta’ kantanti fost l-għaxra li għamluha għal-lejla, ħejjew singles nostalġiċi, b’mod speċjali mit-tmeninijiet. Fosthom, id-duo Bloodline, illi għadu kemm interpreta b’sinerġija emozjonanti għall-aħħar…

Lokali

Il-kantanta Awstraljana Toni Watson, bl-istage name ta’ Tones and I, aktarx bla ma trid, irnexxielha toħloq il-hit tal-mument, il-kanzunetta “Dance Monkey”. Saħansitra, ftit tal-ġimgħat ilu, żifen għad-daqqa tagħha passiġġier mir-Renju…

Aktar