Edukazzjoni
Il-proġett tat-tablets għen lill-istudenti fil-mixja edukattiva tagħhom – NAO

Sebgħa minn kull għaxar ġenituri u għalliema li ġew intervistati fi stħarriġ tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qalu li l-proġett tat-tablets imsejjaħ ‘One tablet per child’ għen lill-istudenti fil-mixja edukattiva tagħhom.

L-istħarriġ kien parti minn eżerċizzju ta’ verifika fuq l-użu tat-tablets fl-iskejjel u li minnu ġew innutati li wħud mill-istudenti ma kinux qed iġibu t-tablets magħhom l-iskola, studenti ma jiċċarġjawx it-tablets id-dar u problemi relatati mal-konnettività tat-tablet man-netwerk tal-iskejjel.

F’eżerċizzju ta’ verifika mis-sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ‘One Tablet Per Child’, instab li l-użu tat-tablets mill-istudenti u l-għalliema ma kienx qed isir b’mod uniformi fl-iskejjel kollha.

F’rapport li l-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, instab li 70% tal-għalliema u l-ġenturi li ħadu sehem fl-istħarriġ iqisu l-iskema tat-tablets bħala pożittiva u li b’mod ġenerali għenet lill-istudenti fil-vjaġġ edukattiv tagħhom.

Fl-eżerċizzju instab li kważi 20 fil-mija tat-tweġibiet mill-edukaturi indikaw li l-istudenti ma kinux qed jieħdu t-tablets l-iskola kuljum u daqstant ieħor wrew li din l-għodda teknoloġika qed tintuża biss meta tkun ippjanata xi attività.

Instab ukoll li l-użu tat-tablets kien mifrux b’mod irregolari fost is-suġġetti akkademiċi kollha, b’iktar minn nofs it-tweġibiet tal-għalliema jindikaw li t-tablets ma kinux qed jintużaw fil-ħarġiet edukattivi organizzati mill-iskola u f’ħarġiet tal-familja.

Ir-rapport ta’ verifika juri li l-apps tal-matematika u l-ingliż ġew apprezzati aktar mill-għalliema u l-ġenituri meta mqabbel mal-apps għall-Malti, ix-xjenza, l-istudji soċjali u r-reliġjon.

Ir-rapport juri xi sfidi fl-użu tat-tablets fosthom li hemm studenti li ma jġibux it-tablets magħhom l-iskola, oħrajn li ma jiċċarġjawx dan it-tagħmir id-dar u kwistjonijiet ta’ konnettività man-netwerk tal-iskola jew il-batterija u l-veloċità tat-tablet. Irriżulta wkoll li s-servizzi ta’ appoġġ ma kinux disponibbli bl-istess mod fost l-iskejjel primarji differenti.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-raġel ta’ Daphne Caurana Galizia, Peter qal li l-abnormalità kienet xi ħaġa normali fil-ħajja tagħhom iżda qatt ma kienu jemmnu li kienet se twassal għall-qtil. L-avukat Caruana Galizia kien qed…

Politika

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li se jitfa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista. Fuq Facebook, Dr Fearne qal li dan hu mument storiku, għall-pajjiż…

Lokali

L-SOS Malta tinsab ixxukkjata bin-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kliem ta’ mibegħda u theddid li qed jinxtered fuq il-midja soċjali u l-ispazji pubbliċi tagħna. L-għaqda…

Ekonomija u Finanzi

Skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fit-tielet kwart ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret b’5.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. F’termini reali t-tkabbir kien ta’ 3.4 fil-mija….

Aktar