NGOs
Għaqdiet Maltin b’għajnuna għal tmien proġetti fl-Afrika

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali fil-Kenja għat-tħaffir ta’ boreholes biex iwasslu l-ilma għal tliet elef persuna fl-Etjopja.

L-Għaqda mhux Governattiva Maltija, Right to Smile se tħarreġ aktar nisa f’żoni rurali fil-Kenja biex ikabbru l-prodotti agrikoli għalihom u biex ibiegħu minnhom.

Il-kelliem tal-għaqda, Damien Attard, qal li l-proġett inbeda sentejn ilu iżda b’għotja ta’ €28,000 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, issa se jkunu jistgħu jilħqu iktar nies.

“Li ħa nagħmlu ħa ntuhom l-iskills kif ikunu jistgħu jkabbru ikel b’mod sostenibbli billi jieħdu l-ambjent li għandhom, is-sostenibbiltà tal-ilma”

Right to Smile hi fost seba’ għaqdiet li rċevew għajnuna finanzjarja mill-Ministeru taħt il-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp f’pajjiżi tat-tielet dinja.

L-għaqdiet l-oħrajn li rċevew sa €75,000 kull wieħed għal kull proġett huma Rotary Club Malta, Mission Fund, KOPIN, the Arnaud Guesry Foundation, il-Ghana Mission Foundation u l-Fondazzjoni Tebgħa.

Nikol Baldacchino mill-Ghana Mission Foundation u Dominik Kalweit mill-KOPIN spjegaw it-tliet proġetti li se jwettqu fil-Ghana, il-Kenja u l-Etjopja.

“Ħa ninvestu f’dipartiment ġdid li se niftħu dalwaqt tal-maternità u għajnuna lit-tfal biex inkomplu ntejbu s-servizzi li l-isptar diġà beda jagħti f’oqsma oħra bħal kanċer u l-mard tal-għajnejn”

Dominik Kalweit qal “in Ethiopia we will support an early child care centre providing an additional 100 spaces for children from improverished communities that otherwise couldn’t afford early which is crucial for their upbringing. In Kenya, we’re supporting a programme providing life skill training and business skills training in the fashion industry”

Dawn l-għotjiet ingħataw lill-għaqdiet reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat bħala parti mill-impenn ta’ Malta li sal-2030 tilħaq il-miri tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Il-Ministru Carmelo Abela qal is-sussidju għall-proġetti magħżula żdied għal 90%. Il-Ministru qal li l-proġetti huma maħsuba li jagħtu opportunitajiet ta’ futur aħjar lill-Afrikani fl-Afrika.

“Li l-kontinent Afrikan jipprovdi opportunitajiet ta’ proġetti għal NGOs imma opportunitajiet ukoll għall-komunità kummerċjali Maltija. ”

Il-Ministru Abela qal li Malta toffri wkoll taħriġ lill-ħaddiema ta’ banek ċentrali u pumpiera Afrikani u lill-istudenti Afrikani li jiġu Malta jistudjaw suġġetti speċifiċi kif qed tagħmel l-istudenta tal-bijoloġija, Nana Adoma mill-Ghana.

“My research topic is the use of plants to remove heavy metal contaminants from soil and water, and Ghana has been having some problems with heavy metals pollution so this is actually a good thing for me because it’s giving me practical knowledge to contribute and solving an issue in my country.”

Intant, intqal li l-Ministeru se jkompli b’taħditiet mar-rappreżentanti tal-għaqdiet u s-soċjetà ċivili biex ikompi jtejjeb il-programm għall-għajnuna tal-iżvilupp fl-Afrika.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar