Forzi Armati
Il-promozzjonijiet tal-AFM fl-2013 saru bi proċess nieqes mill-integrità u ġustizzja – l-Ombudsman

Wara investigazzjoni li kienet ilha sejra madwar ħames snin, l-uffiċċju tal-Ombudsman sab li promozzjonijiet li ngħataw fl-armata f’Settembru tal-2013 saru bi proċess tal-għazla li kien nieqes mill-integrità u rrakkomanda li tissewwa l-inġustizzja li saret bil-proċess.

Investigazzjoni mill-Ombudsman dwar promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta f’Settembru tal-2013 sabet li l-proċess kien ivvizzjat u li l-uffiċjali li ressqu l-ilmenti soffrew inġustizzja.

L-Ombudsman, Anthony Mifsud, irrakkomanda li l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-inġustizzji li nstabu jiġu indirizzati waqt li ħeġġeġ lill-Ministeru responsabbli mill-Armata u lill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati biex jirrevedu l-proċeduri eżistenti fil-promozzjonijiet biex tkun assigurata l-akbar trasparenza mingħajr ebda indħil jew influwenza minn barra.

L-Ombdusman beda din l-investigazzjoni wara lmenti li ressqu sitt uffiċjali tal-Armata dwar il-proċess ta’ promozzjonijiet li sar fl-2013 għall-ħatra ta’ kurunelli ġodda. Fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Ombudsman qal li l-proċess ma sarx b’mod professjonali għax fost l-oħrajn il-bord tal-għażla ma kienx fih uffiċjali militari t’esperjenza u kien jinkludi żewġ membri li huma wkoll persuni ta’ fiduċja mal-Gvern. Fi kliem l-Ombudsman, il-proċess kien paraventu għal għażla li kellha ssir. L-Ombudsman qal li bħala regola, persuni ta’ fiduċja m’ghandhomx iservu f’bordijiet tal-għażla.

F’ittra lill-Ombudsman, il-Ministru Michael Farrugia qal li ma jaqbilx ma’ ħafna mill-konklużjoni tal-Ombudsman għalkemm qal li ser jiddiskuti internament il-konklużjonijiet tar-rapport u jieħu inkunsiderazzjoni l-konkluzzjonijiet tiegħu għal proċessi fil-ġejjieni.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-sigurtà nazzjonali, Beppe Fenech Adami qal li dan ir-rapport ikkonferma li l-promozzjonijiet li ngħataw fil-Forzi Armati fil-2013 u wara kienu abbużivi u intenzjonati biss biex jaġevolaw nies qrib il-Prim Ministru u l-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Prim Ministru biex jerfa’ r-responsabbilità politika talli ħalla dawn l-abbużi.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar