Budget
“Il-proposti tal-baġit mhumiex fula f’qargħa” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-miżuri mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla huma mmirati biex jippremjaw il-bżulija tal-Maltin u l-Għawdxin u jtejbu l-kwalità tagħhom.

F’konferenza tal-aħbarjiet wara li l-Ministru Edward Scicluna ppreżenta l-baġit għas-sena d-dieħla, Dr Muscat qal li l-baġit jindirizza lil persuni li huma l-aktar fil-bżonn. Huwa qal li l-ġustizzja soċjal hija parti integrali mill-ethos tal-gvern biex jara li ħadd ma jaqa’ lura.

Il-Prim Ministru Muscat qal l-bagit li tħabbar din is-sena u fis-snin ta’ qabel huwa mibni fuq is-sostenibbiltà u ser jiġu sostnuti fis-snin li ġejjin.

”Il-miżuri li tħabbru llejla huma ħafna, jiswew miljuni kbar iżda l-isbaħ ħaġa huwa li ngħaqdu ma’ ħafna aktar miżuri li ħabbarna fis-snin li għaddew u li kollha ġew rolled over u nħarsu lejn sitwazzjoni fejn dak li ħabbarna din is-sena mhuwiex a flash in the pan – mhx fulgħa f’qargħa iżda huma miżuri li l-poplu Malti u Għawdxi ser jibqa’ jgawdi minnhom għas-snin li ġejjin.”

Il-Prim Ministru Muscat qal li l-Gvern wiret ekonomija b’valur ta’ 7 biljun ewro – b’dan ser ikun irduppjat u jlaħħaq l-14-il biljun ewro sas-sena d-dieħla. Huwa qal li fl-2020 mistenni jkun reġistrat it-tielet surplus u d-defiċit ikun tniżżel sa 40%.

Dr Muscat wiegħed lill-anzjani li jekk l-affarjiet jibqgħu sejrin hekk, is-sena d-dieħla ser jerġgħu jibbenefikaw minn aktar żidied wara snin twal ta’ friża fil-pensjonijiet minn gvernijiet ta’ qabel.

Huwa ddeskriva bħala rispett bil-fatti lill-persuni b’diżabbiltà li ma jistgħux joħorġu jaħdmu qed jingħataw pensjoni li hija ekkwivalenti għall-paga minima.

Dr Muscat qal li l-Gvern jippreferi juża l-inċentivi milli jimponi t-taxxi, u dik tibqa’ t-triq li jrid jibqa’ miexi fiha l-Gvern.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-futur tiegħu, Dr Muscat wieġeb li dan ma kienx l-aħħar baġit li kien qed jippreżenta bħala Prim Ministru.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li f’baġit wara ieħor, il-Gvern juri li jaf jiġġedded u kapaċi jiġġedded quddiem sitwazzjonijiet li jiżviluppaw lokalment u internazzjonalment. Huwa qal li l-Gvern jaħseb f’kulħadd, u li dożi żgħar bħal ċekkijiet ta’ 50 ewro jagħmlu differenza fil-ħajja tal-familji.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-baġit ikompli joħloq atmosfera biex ikompli joħloq is-suċċess u jaħseb f’min hu batut.

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

120 persuna weħlu sentenza ta’ ħabs li tvarja bejn ġimgħa u tliet xhur fl-aħħar 3 snin minħabba li naqsu li jħallsu l-manteniment tal-familja tagħhom f’kawżi ta’ separazzjoni u kawżi oħra….

Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia waqt żjara liċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta qal li bl-għaqal biss nistgħu nibdew ingawdu bil-mod il-mod il-frott tas-sagrifiċċji li għamilna bħala pajjiż. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ikkwotat lil…

Lokali

Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi kompla d-diskussjoni fuq l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu, bl-eżami dettaljat tal-kuntratt bejn il-kumpanija Vistajet u l-kumpanija Malta Marketing Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi li…

Ekonomija u Finanzi

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna rreaġixxa għall-pakkett ta’ rkupru mħabbar mill-Kummissjoni Ewropea u stqarr li l-periklu għal Malta huwa li tkun qed iddur għal taxxi fuq il-kumpaniji, taxxi li qal ikunu…

Aktar