Barranin
Il-protagonisti ta’ Hollywood jilbsu l-iswed bi protesta għall-abbużi sesswali

Il-protagonisti ta’ Hollywood irritornaw fuq it-tapit l-aħmar, f’kuntest aktar skur u mdallam tant li minflok il-faxxinu tas-soltu, l-atturi libsu kollox iswed bħala protesta għall-iskandlu ta’ imġiba sesswali mhux xierqa minn uħud mill-esponenti ewlieni tal-industrija.

Meryl Streep, Angelina Jolie, Emma Stone u Justin Timberlake kollha dehru lebsin l-iswed b’appoġġ għall-kampanja msejħa ‘time’s up’ li sa mill-ġimgħa li għaddiet waslet biex jinġabru miljuni fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali fuq ix-xogħol.

Fil-bidu tas-serata, il-preżentatur Seth Meyers ma qagħadx lura milli jirreferi għal Harvey Weinstein li l-imperu li kellu ġġarraf f’ħakka t’għajn mill-piż tal-alegazzjonijiet kontrih minn għexerien ta’ nisa.

Seth Meyers, preżentatur tal-Golden Globes qal “but don’t worry, he’ll be back in 20 years when he becomes the first person ever booed during the in memorium. It will sound like that”.

Iżda l-75 edizzjoni tal-Golden Globes se tibqa’ mfakkra għad-diskors passjonali ta’ Opray Winfrey wara li saret l-ewwel mara sewda li r-rċeviment l-unur għall-karriera.

Oprah Winfrey, rebbieħa tal-unur għall-karriera fil-Golden Globes stqarret li “a new day is on the horizon. And when that new day finally dawns, it will be because of a lot of magnificent women, many of whom are right here in this room tonight”

Fir-rigward tar-rebbieħa, id-drama ‘three billboards outside Ebbing, Missouri rebaħ erba’ unuri waqt li l-unur għall-aqwa serje televiżiva ntrebaħ minn ‘The Handmaid’s Tale’ li għeleb lil ‘The Crown’ u ‘Game of Thrones’ fost l-oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt il-funeral tal-vittmi ta’ Genova, il-Ministru għall-Intern, Matteo Salvini qajjem furur sħiħ wara li ntlemaħ jieħu stessu. Salvini nqabad qed jieħu stessu ma’ tfajla, propju waqt il-funeral statali f’Genova. Kienu…

Barranin

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled. Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Barranin

Salih Khater ta’ 29 sena minn Birmingham, oriġinarjament mis-Sudan, jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ diversi persuni meta saq il-karozza għal fuq ċiklisti u persuni li kienu mexjin barra l-Parliament…

Aktar