Protezzjoni Ċivili
Il-Protezzjoni Ċivili bi stazzjon temporanju fl-iskola sekondarja f’Ħad-Dingli

Bħala parti mill-pjan ta’ kontinġenza, il-Protezzjoni Ċivili fetħet diversi stazzjonijiet temporanji madwar Malta u Għawdex, fosthom fl-iskola sekondarja f’Ħad-Dingli.

Dan qed isir biex fl-istess post jiltaqgħu inqas ħaddiema, bil-għan li jekk tintlaqat xi sezzjoni ta’ ħaddiema, din ma tkunx waħda kbira.

F’mument fejn Malta qed tiġġieled kontra t-tixrid tal-virus COVID-19, ministeri differenti qed jikkollaboraw flimkien f’inizjattivi maħsuba biex jonqos it-tixrid tal-virus u l-pajjiż ikun imħejji aħjar. Fost din il-kollaborazzjoni hemm dik bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Waqt żjara fi stazzjon temporanju tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li tagħmel parti mill-Kulleġġ ta’ San Nikola, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri tkellmu mal-ħaddiema li bħalissa qed jaqdu dmirijiethom minn fuq il-post.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

COVID-19

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom. Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż…

Aktar