Lokali
Il-Psikjatra Anton Grech – Indjan fil-Karnival tan-Nadur iżda kontra li jżeffnu l-pazjenti

Il-Psikjatra Anton Grech li ta’ kull sena ma jitlifx il-Karnival tan-Nadur ikkundanna l-messaġġ li wassal il-vann fin-Nadur li kellu l-kliem ‘Monte Carmeli taxi’.

Madankollu f’kumment ma’ TVM Anton Grech qal li ma jaqbilx li jkomplu jinxterdu l-filmati u r-ritratti tal-vann.

Dan il-vann qajjem kontroversja kbira fejn uħud ħassewhom imweġġa’ u oħrajn xxukkjati b’dan il-vann. Il-vann kellu kliem bħal ‘crazy’ u ‘sick people’.

Oħrajn qalu li fl-Karnival kollox għandu jkun aċċettabbli u li wieħed ma jistax jiċċensura dak kollu li jdarras. Madankollu dan ir-raġunament sab oppożizzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia. Ma’ TVM Dr Cachia qal li dan il-vann ma jistax ikun ikkunsidrat bħala satira, iżda bħala att ta’ stmerrija.

Min-naħa tagħha, il-President Marie Louise Coleiro Preca kkundannat l-aġir ta’ dawk li kienu l-moħħ wara l-vann. Saħqet li huwa irresponsabbli u insensittiv. Sostniet li mhux aċċettabbli li biex nidevertu, noffendu lil nies li għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali.

 

Ara wkoll:

Injoranza, messaġġ intenzjonat, jew għaġeb żejjed?

Il-President tikkundanna ċ-ċajt bil-mard mentali

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar