Partit Laburista
“Il-pubbliku jeħtieġ jieħu ħsieb l-indafa fil-pajjiż bl-istess mod li jieħu ħsieb l-indafa f’daru” – PM

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jgħinu jitnaddaf il-pajjiż u jitnaqqas l-iskart.

F’attività politika bit-tema Lokalitajiet ta’ Għada fis-Swatar, stqarr li mhux kuntent fl-indafa fil-pajjiż. Qal li l-pubbliku jeħtieġ jieħu ħsieb l-indafa fil-pajjiż bl-istess mod li jieħu ħsieb l-indafa f’daru. Dr Muscat qal li dal-punt se jingħata prijorità fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għal-lokalitajiet kollha.

Dwar is-surplus, Dr Muscat qal li b’dan il-Gvern jista’ jqassam il-benefiċċji u jirranġa l-inġustizzji u semma’ li €11-il miljun ser jitqassmu bejn 6,000 persuna li fil-passat sofrew inġustizji fil-postijiet tax-xogħol tagħhom.

Il-Prim Ministru qal li s-surplus qed jispiċċa f’ċekkijiet lill-familji u semma’ wkoll li se jintraddu l-flus tat-taxxa żejda li tħallsu fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozza bejn l-2003 u l-2007.

Dr. Muscat qal li l-Gvern jemmen li għandu jsolvi dawn l-affarijiet imma biex jagħmel hekk, l-ekeonomija trid tibqa’ trendi. Sostna wkoll li l-flus tas-surplus imorru għand il-familji li għandhom l-iżjed bżonn.

Il-Mexxej Laburista qal li l-punt kardinali li se jibqa’ jisħaq dwaru f’din il-kampanja hi l-logħba li qed jipprova jilgħab il-Partit Nazzjonalista biex ma jsirux elezzjonijiet fi 23 lokalità.

Il-Mexxej Laburista qal li b’kuntrast mal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista ma jibżax li jkun ġġudikat u jbaxxi rasu għar-rieda u l-verdett tal-poplu.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Infrastruttura

Minkejja li normalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija ħafna negozji u ħaddiema jieqfu għal ftit mistrieħ, Infrastructure Malta xorta waħda baqgħet għaddejja bil-bini tal-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar…

Aktar