Il-Pulizija Amerikana toqtol tifel b’arma tan-nar finta

Żewġ pulizija fi Cleveland l-Istati Uniti sparaw u qatlu tifel ta’ 12-il sena li kien qed ibeżża’ n-nies b’arma tan-nar finta f’bandli.

L-uffiċjali, wieħed novizz u ieħor b’esperjenza ta’ 10 snin, sparaw fuq it-tifel darbtejn għax m’obdihomx u ma neħħiex l-arma falza minn idejh.

It-tifel intlaqat taħt qaddu u miet iktar tard l-isptar. Xhieda fuq il-post qalu li t-tifel lanqas biss lissen kelma ta’ theddid qabel sparawlu. Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ li diġa qajjem agħa f’din il-belt Amerikana.