Barranin
Il-Pulizija Awstraljana b’rapport kemxejn stramb nhar il-Milied

Il-Pulizija tal-Awstralja kellha Milied kemxejn differenti mis-soltu. Dan hekk kif fit-toroq ta’ Melbourne sabu jterraq kukkudrill żgħir.

Il-Pulizija qalu li meta daħlilhom ir-rapport kienu xettiċi u bdew jaħsbu li se jsibu xi kukkudrill kbir iżda meta waslu fuq il-post sabu kukkudrill twil metru miexi għall-affari tiegħu fit-triq.

Sakemm jinstab sidu, il-kukkudrill qed jitrabba mill-persuna li rnexxielha taqbdu. Intant 4 persuni qed jallegaw li l-kukkudrill huwa tagħhom.

Fl-Awstralja n-nies jistgħu jrabbu l-kukkudrilli li jikbru sa żewġ metri u nofs.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Minn għada, l-istazzjonijiet nazzjonali jniedu skeda ġdida ta’ programmi li se tkun imżewqa bi programmi ġodda u oħrajn li jkomplu jibnu fuq is-suċċessi li kellhom fis-snin li għaddew. Minn Studio…

Mil-lum il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS bdiet ixxandar l-aħbarjiiet b’dehra ġdida mill-istudjo numru wieħed fi Creativity Hub. Għal dawn l-aħħar ġimgħat bosta tekniċi u ħaddiema oħrajn kienu involuti fil-bini ta’ studjo ġdid,…

Aktar