Kronaka
Il-Pulizija b’109 kontravenzjoni – sewwieq jinqabad isuq bil-128km fis-siegħa

Illum il-Pulizija tat 109 kontravenzjoni waqt li kompliet is-sorveljanza mill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku flimkien ma’ Pulizija mis-Sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit u l-Ispecial Intervention Unit dwar abbuż ta’ sewqan eċċessiv u ksur ta’ regolamenti oħra tat-traffiku.

Il-Pulizija ħarġu 26 taħrika rigward sewqan eċċessiv, waqt spezzjonijiet li saru fi Triq Bormla, iż-Żejtun. Fost it-taħrikiet, ingħattaw taħrika lil sewwieq ta’ BMW li inqabad isuq b’101 kilometru fis-siegħa, lil sewwieq ta’ Mazda li inqabad isuq b’98 kilometru fis-siegħa u lil sewwieq ta’ Toyota li nqabad isuq b’94 kilometru fis-siegħa, kollha f’żona ta’ 50 kilometru fis-siegħa.

Waqt il-kontrolli li saru f’Kennedy drive, limiti tan-Naxxar, il-Pulizija ħarġu 21 taħrika rigward sewqan eċċessiv, fosthom lil sewwieq ta’ BMW li nqabad isuq b’128 kilometru fis-siegħa, lil sewwieq ta’ Yamaha li nqabad isuq b’120 kilometru fis-siegħa u lil sewwieq ta’ Yamaha li nqabad isuq b’110 kilometru fis-siegħa, kollha f’żona ta’ 70 kilometru fis-siegħa.

Numru ta’ kontrolli saru ukoll fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa. Hemmhekk, il-Pulizija ħarġu 32 taħrika rigward sewqan eċċessiv, fosthom lil sewwieq ta’ Kawasaki li nqabad isuq b’110 kilometru fis-siegħa,lil sewwieq ta’ Kia li nqabad isuq b’98 kilometru fis-siegħa u lil sewwieq ta’ Mercedes li nqabad isuq b’95 kilometru fis-siegħa, kollha f’żona ta’ 60 kilometru fis-siegħa.

F’dawn il-postjiet ingħataw ukoll 30 kontravenzjoni rigward irregolaritajiet oħra, fosthom vetturi li ma kellhomx numru tar-reġistrazzjoni, tinted glass u sewqan bla liċenzja, fost oħrajn. Waqt li kienu qegħdin isiru dawn il-kontrolli dwar sewqan eċċessiv u ksur ta’ regolamenti tattraffiku, fi Triq Dragonara, f’San Ġiljan, il-Pulizija tal-SIU nnutaw vettura tat-tip Mercedes li  qajmet suspett. Għaldaqstant, il-Pulizija waqqfu din il-vettura u minn tfittxija li saret, ix-xufier instab fil-pussess ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar