Lokali
Il-Pulizija b’aktar tfittxijiet u qed tkellem għadd ta’ nies b’rabta mal-investigazzjonijiet tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Korp tal-Pulizija qal li għalkemm diġà tressqu l-Qorti erba’ persuni b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin b’mod intensiv.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li dawn l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji, l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi u bil-kollaborazzjoni attiva tal-Europol. L-investigazzjonijiet kollha qed isiru taħt il-kappa tal-Inkjesta Maġisterjali.

Qalet li kull informazzjoni li l-Pulizija ġabret f’dawn l-aħħar jiem qiegħda tiġi investigata. Spjegat li b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet li għaddejjin, il-Pulizija wettqet u qed twettaq aktar tfittxijiet f’diversi postijiet u anke ġew qed jiġu mitkellma numru ta’ persuni oħra relatati
mal-każ.

Temmet tgħid li minħabba s-sensittività ta’ dawn l-investigazzjonijiet, il-Pulizija, f’dan l-istadju, mhix qiegħda f’pożizzjoni li tagħti aktar
dettalji, hekk kif jistgħu jippreġudikaw il-każ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Minn 1,839 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 20 każ ġdid u fiequ 2 pazjenti. B’hekk issa hawn 249 każ attiv. Minn meta bdiet l-imxija f’Malta kien hawn…

Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Aktar